[AĠĠORNAT] Peter Caruana Galizia: “Kieku l-korruzzjoni kienet indirizzata mill-ewwel, il-mara tiegħi għadha ħajja”

  • Diċ 06, 2019 11:23
  • Miktub minn iNews

    AĠĠORNAT: L-armel ta’ Daphne, Peter Caruana Galizia tenna li l-familja Caruana Galizia skoprew li l-Bank Pilatus kienu fetħu kawża ta' libell fil-konfront tagħha fl-Istati Uniti. Tenna li “però din infetħet wara l-mewt tagħha, tant li rċevejna l-atti l-għada tal-qtil tagħha.”

    Fir-rigward tal-protezzjoni li martu kienet tirċievi mill-Pulizia, Mathew Caruana Galizia tenna li ”taħt John Rizzo, fi żmien l-elezzjonijiet kien jibgħat pulizija fixed point.” Saħaq li ġieli għamlu ġimgħat sħaħ f’din is-sitwazzjoni. “Bdiet tinduna li ċerti pulziija kienu jagħtu informazzjoni lil Glen Bedingfield, u hija kienet tiddejjaq. Madankollu Rizzo insista magħha li trid jew ma tridx, kien se jkollha protezzjoni.”

    Tenna li “hi qatt ma tkellmet mal-Kummissarji l-oħra, qatt ma tlabna li ma jkunx hemm, imma qatt ma talbet għalihom.”

    Żied jgħid li “l-ħajja ma kinitx normali in ġenerali, però għalina kienet. Dejjem b’xi ħaġa. Kull xahar, xi ħaġa. Ġieli problema mal-pulizija, u mal-poliitkanti. Iżda qatt ma konna nemmnu li se tasal biex tinqatel.”

    Tenna li “kieku l-korruzzjoni kienet indirizzata mill-ewwel, il-mara tiegħi għadha ħajja. Dawn l-aħħar ħames snin, kienet ħaġa komuni li kienu jgħajruha bħala ‘hate blogger’.” 

    AKTAR QABEL: Hekk kif dalgħodu quddiem l-Imħallef Emeritus Michael Mallia u l-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino żvolġiet l-ewwel seduta tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia, iben il-vittma qal li “ħass l-poter kollu tal-istat ġie fuq Ommi. Ħassejt li l-art se taqa’ minn taħti. Dak kollu li kont nemmen fl-istat, l-istrutturi li suppost kellhom jgħinu lid-drittijeit tal-ommi, ma baqgħux.”

    Tenna li ommu kienet kunfidenti li kienet sejra tirbaħ il-każ kontra l-Ministru Chris Cardona.

    Saħaq li dakinhar tal-assassinju ta’ ommu huwa kien id-dar. “L-unika ħaġa li kien hemm suspettuża, iktar kmieni dak ix-xahar kien li wieħed mill-klieb tagħna ħassu ma jiflaħx u kien ser imut.”

    Tenna li l-vet għamel numru ta’ testijiet, però ma setax jgħid ir-raġuni għaliex. Żied jgħid li eventwalment il-kelb miet wara li rċieva trattament.

    “Forsi kienet miżura tal-qattiela li setgħu jieħdu, forsi biċċa tal-laħam milija velenu Jista jkun, però jiena ma rajt xejn b'idi.”

    Mistoqsi jekk ommu qatt staqsietx għall-porotezzjoni, huwa wieġeb li ma. jafx. "L-approċċ. tagħha kienet li hija ma tinkwetax lili u lil ħuti. Anke meta nħarqet id-dar, ommi u missieri għall-ewwel qaluli li kien inċident. Wara sirna nafu.”

    Żied jgħid li jemmen li kien hemm episodju meta ommu ħasset li kienet fil-periklu. “Kien f’Novembu tal-2016, meta ommi ħabbret li Keith kellu trattament għal kankru. Meta ppubblikat l-istorja, kienet xxukkjata fuq il-mod vindikattiv li bih kien irrisponda Keith Schembri. Ħasbet li kienet storja minima li kienet tilliċita s-simpatija, però ma ħasbitx li kienet se tirċievi risposta vjolenta lejha, anke b'fastidju legali.”

    Żied jgħid li wara dan is-sitwazzjoni kompliet tiggrava. “L-iktar ħaġa importanti għal dawk li kienet qiegħda tinvestiga kien il-ħasil ta' flus, u l-kumpaniji shell ta' Keith Schembri, konrad Mizzi, u Yorgen Fenech.”

    Saħaq li ommu bdiet tirċievi informazzjoni minn Electrogas, li kienu jikkonsistu minn imejls, kuntratti, u invoices fost oħrajn.

    Saħaq li “però nemmen li din ma kinitx ir-raġuni: Jiena bqajt f’kuntatt mal-whistleblower sa April 2018, wara l-qtil ta' ommi. 

    Tenna li l-leaks tal-informazzjoni waqaf meta d-Daphne Project ħabbru li sejrin joħorġu informazzjoni fuq l-Electrogas.

    Matthew Caruana Galizia ddeskriva lil Electrogas bħala l-vejikolu għan-netwerk ta' ħasil ta' flus li Mossack Fonseca għenu biex jibnu. “Dak li rajna f'Panama Papers kienet biss parti tan-network. Dak li rajna matul dawn l-aħħar sentejn kienu sezzjonijiet oħra. Fosthom li 17 Black kienet ta’ Fenech.”

    Tenna li dawn il-fatti jindikaw li l-għan prinċipali ta dan il-qafas ta’ money laundering kienet li jieħdu flus mill-kumpanija tal-Electrogas.

    Saħaq li “kieku l-Electrogas kienet neċessarja mil-lat ekonomiku, kelhom jirbħu t-tender normali, u ma kienx ikun hemm bżonn ta' korruzzjoni.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0