''Bkejt għax żammejt mas-sewwa'' - Robert Abela filwaqt li rringrazzja lill-eluf ta' Laburisti

  • Diċ 05, 2019 19:00
  • Miktub minn iNews

    F'messaġġ imqanqal fuq is-sit soċjali ta' Facebook, id-Deputat Laburista u l-Konsulent fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela, irringrazzja lill-eluf ta' Laburisti u Maltin ġenwini li fl-aħħar jiem ikkuntattjah. Huwa kiteb li "huwa biss l-appoġġ qawwi u imħabba li qed nirċievi minn eluf ta' Laburisti u Maltin ġenwini, u mill-familja tiegħi, li jżommli l-kuraġġ nibqa' għaddej sod fil-ħidma tiegħi."

    Abela kompla jgħid li "f'mumenti ta' biża' fejn bkejt għax żammejt mas-sewwa, nerġa' nagħmel il-kuraġġ u nkompli." Huwa qal li se jkompli għaddej bil-ħidmi "biex il-karba li ili nxerred sabiex nibżgħu għall-Laburisti tasal." 

    Abela fil-messaġġ tiegħu qal li hemm bżonn li "l-Partit Laburista jerġa' lura għand in-nies ġenwini tagħna."

    Huwa kkonkluda jgħid li, "nista' noffri biss li din il-ħidma nkompliha b'sinċerità u umiltà, f'irwol li n-nies jaraw li jgħodd għalija. Bla kompromessi mal-kuxjenza. Hekk Alla Jgħinni."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0