Mixli b’serq minn ħanut tax-xorb

  • Diċ 05, 2019 16:00
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta’ 42 sean mill-Ġorġja baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq merkanzija minn ħanut tax-xorb fl-Imrieħel. Giorgi Dvalishvili kien akkużat b’serq aggravat li allegatament seħħ mill-ħanut Farsons Direct.

    L-Uffiċjal Prosekutur, l-Ispettur Alfredo Mangion spjega lill-Maġistrat Nadine Lia kif il-pulizija kellhom diversi rapporti fuq xorb alkoħoliku li kien nieqes mill-maħżen tal-istess ħanut, bil-valur totali tal-oġġetti nieqsa jlaħħqu madwar €3,000.

    L-investigazzjonijiet tal-pulizija wasslu għar-raġel bħala s-suspettat ewlieni f’dan l-allegat serq. L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. 

    L-Avukat Victor Bugeja deher għal Dvalishvili. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0