Raġel arrestat wara sejba ta’ madwar kilo kannabis

  • Diċ 05, 2019 14:13
  • Miktub minn iNews

    Raġel ta’ 29 sena ta’ nazzjonalita’ Griega, residenti l-Mosta kien arrestat wara sejba ta' madwar kilo kannabis. L-arrest irriżulta wara ħidma ta’ sorveljanza mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

    Bl-awtorizzazzjoni tal-Maġistrat tal-Għassa, il-bieraħ wara nofsinhar, il-Pulizija segwew konsenja kkontrollata ta’ pakkett li kien għadu kemm wasal Malta minn Spanja, bis-suspett li fil-pakkett kien hemm moħbija d-droga. Malli l-pakkett inġabar mir-raġel, dan kien arrestat minnufih. Il-pakkett suspettuż infetaħ u moħbija f’kaxxa tal-kartun li kienet imgeżwra f’boroż tal-plastic, instab madwar kilo ħaxixa tal-cannabis.

    Il-Magistrat tal-Għassa Dr Marseann Farrugia LL.D ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta. Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada taħt arrest u jkun akkużat bl-importazzjoni u pussess mhux għal użu esklussiv tiegħu tal-pjanta kannabis.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0