“L-Istrina mhux postha f’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-pajjiż umiltà għandu bżonn mhux teatrini, u fanfarunati b’ċekkkijiet daqs dinja”

  • Diċ 05, 2019 12:43
  • Miktub minn iNews

    “L-Istrina mhux postha f’dawn iċ-ċirkostanzi. Dan il-pajjiż umiltà u riflessjoni fis-silenzju għandu bżonn mhux teatrini, reċti u fanfarunati b’ċekkkijiet daqs dinja.” Hekk saħaq Franco Debono f’riflessjoni li għamel dwar l-aħħar avvenimenti li kkaratterizzaw dawn l-aħħar jiem.

    Debono żied jgħid li l-poplu għandu bżonn eżami tal-kuxjenza, “u mhux spettaklu ta’ opportunità falza biex taparsi jnaddaf il-kuxjenza”.

    Żied jgħid li “dan il-poplu għandu kriżi serja ta’ valuri ġejja wkoll mill-fatt li sena wara sena jbellagħha lilu nnifsu kemm hu ġeneruż.” 

    Huwa ħeġġeġ biex il-poplu xorta waħda jagħmel id-donazzjonijiet “però kif suppost issir il-karità, bil-kwiet, fis-silenzju u mingħajr ebda daqq ta trombi.” 

    Temm jgħid li jekk vera l-poplu jagħti għax ġeneruz l-istess somom jinġabru “però mingħajr t-teatrini.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0