Fenech isostni li Arnaud għandu kunflitt ta’ interess

  • Diċ 05, 2019 10:57
  • Miktub minn iNews

    Jippreżenta każ kostituzzjonali biex Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni tal-qtil ta’ DCG…

    Yorgen Fenech ippreżenta każ kostituzzjonali biex l-Ispettur Keith Arnaud jitneħħa mill-investigazzjoni tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-każ beda jinstema llum. Fenech allega li Arnaud huwa viċin wisq għall-eks chief of staff tal-OPM Keith Schembri biex jinvestiga serenement. Fenech żied jgħid li Schembri kien qiegħed iżommu infurmat bil-progress kollu relatat mal-investigazzjoni tal-qtil.

    Yorgen Fenech qal li l-Ispettur Keith Arnaud kien qiegħed jaġġorna kontinwament lil Keith Schembri dwar il-progress tal-investigazzjoni. Fenech sostna, “Kien hemm relazzjoni mill-qrib bejn Schembri u Arnaud."

    Fenech allega li f’okkażjoni waħda, sena ilu, Arnaud u Schembri kellhom relazzjoni daqstant tajba tant li Arnaud kien avviċina lil Schembri għall-għajnuna biex isib xogħol għal martu.

    Fenech żied jgħid li kellu joqgħod attent ħafna u ma jsemmix lil Schembri iżda qal li r-reġistrazzjonijiet u l-evidenza wrew rabtiet mill-qrib bejn Schembri u l-qtil.

    Yorgen allega li Schembri kien għadda skript ta’ x’għandu jgħid lill-pulizija. "Jien segwejt din l-iskript mogħtija lili minn Keith Schembri.” Huwa allega li ngħata wieħed minnhom meta ġie arrestat u ieħor nhar il-Ħadd waqt il-ħelsien mill-arrest tal-pulizija meta mar id-dar tiegħu.

    Yorgen jgħid li ngħata l-ħelsien mill-arrest tal-pulizija tliet jew erba' darbiet. "Jien dejjem mort lura b’mod volontarju. Dak li jinkwietani huwa li Arnaud mhuwiex f'pożizzjoni li jinvestiga serenement il-qtil u għandu kunflitt ta' interess ċar għaliex għandu relazzjoni mill-qrib ma' Keith Schembri. Arnaud mhux f'pożizzjoni li jagħmel dan."

    Fenech allega li kien infurmat bil-maħfra qabel l-arrest tiegħu stess. Dan intbagħatlu f'messaġġ fuq it-telefon ċellulari tiegħu bin-numru 79444444.

    L-Imħallef Lawrence Mintoff sema lis-suspettat tal-qtil Yorgen Fenech u qal li l-każ se jkompli jinstema fl-10 ta’ Diċembru. L-avukati Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri dehru għal Fenech. L-avukati Victoria Buttigieg u Maurizio Cordina dehru għall-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0