Franck Kessie ... se jibqa’ ma’ Milan?

  • Diċ 05, 2019 00:48
  • Miktub minn iNews

    Il-futur ta' Franck Kessie ma' Milan jidher xi ftit jew wisq inċert hekk kif bosta segwaċi tal-football Taljani qed isostnu li jista' jibdel il-club f'Jannar li ġej. Minkejja kollox, dawn l-ispekulazzjonijiet mhumiex għal kollox tajbin minħabba li hemm min qed jgħid li saħansitra jista' jibqa' f'Milanello.
    L-ex player ta' Atalanta kien eskluż mill-iskwadra ftit tal-ġimgħat ilu wara mġieba mhux daqstant eżemplari filwaqt li l-wirjiet tiegħu xejn ma kienu tajbin.

    Madankollu l-coach Stefano Pioli baqa' juri fiduċja fih tant li qed jilagħbu aktar ta' spiss, bil-logħob tiegħu jitjieb ferm f'dawn l-aħħar ġimgħat.
    Il-player ta' nofs il-ground lagħab mill-bidu fil-logħba mirbuħa kontra Parma bl-iskor ta' 1-0 fi Stadio Tardini. Ladarba dan il-player jibqa' juri logħob tajjeb, id-diriġenti Milanisti kapaċu jdawru il-fehma tagħhom fuqu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0