“Taf tfaqqa' gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta' Fuq f'kull mument”

  • Diċ 04, 2019 18:34
  • Miktub minn iNews

    Hekk kif it-tensjoni bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq qed tkompli tikber, il-midja tal-istat tal-Korea ta’ Fuq qalet li fi kwalunkwe mument tista’ tfaqqa’ gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi.

    L-Aġenzija Ċentrali Koreana tal-Aħbarijiet (KCNA) wissiet li attwalment anke inċident żgħir jaf iwassal biex tfaqqa’ gwerra. KCNA qalet li jekk l-amministrazzjoni ta’ Trump tagħmel użu minn forza militari, allura Pyongyang se jkun qed jirritalja bl-istess mod.

    It-twissija saret jum biss wara li l-President Amerikan Donald Trump hedded li jagħmel użu mill-qawwa militari Amerikana kontra l-Korea ta’ Fuq jekk ikun jinħtieġ.

    Fl-istess waqt huwa ftaħar ukoll li rnexxielu jevita t-“Tielet Gwerra Dinjija” hekk kif ħa l-mertu talli ġab il-kalma bejn iż-żewġ pajjiżi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0