Tnedija tal-Album 'Mewġa'

  • Diċ 03, 2019 12:46
  • Miktub minn iNews

    Kunċert flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta 

    Il-klarinettista Jessica Ellul ser tkun qed tniedi l-ewwel album tagħha, b’kollaborazzojni mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta b’ġabra ta’ kompożizzjonijiet Maltin għall-Klarinett Solo u Orkestra. 

    L-album Mewġa jikkonsisti f’ġabra ta’ uħud mill-aqwa xogħlijiet ta’ kompożituri Maltin li kkomponew mużika għall-klarinett, fosthom Charles Camilleri, il-Professur Joseph Vella u Ronnie Debattista. Ma dawn ser ikunu qed jiġu ppublikati wkoll siltiet ġodda li ġew miktuba apposta għal dan l-album, fosthom silta tal-kompożitur Ray Sciberras. 

    Dan l-album ser jiġi mniedi waqt kunċert flimkien mal-Orkestra Nazzjonali taħt id-direzzjoni ta’ Etienne Spiteri ġewwa l-Grand Hotel Excelsior, fejn ser jindaqqu uħud mis-siltiet li ġew irrekordjati.  Wara t-tnedija tal-album ser isegwi riċeviment. L-album MEWĠA ser ikun għall-bejgħ qabel u wara l-kunċert. 

    Jessica Ellul b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, Heritage Malta u l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta ser tkun qed tniedi dan l-album nhar it-12 ta’ Diċembru 2019 ġewwa l-Ballroom tal-Grand Hotel Excelsior, il-Furjana fit-8.00pm. 

    Ħajr liċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ta’ Malta Sigmund Mifsud u l-Ministeru tal-Kultura, Ġustizzja u Gvern Lokali.

     Il-biljetti għall-kunċert tat-tnedija jistgħu jinqatgħu minn hawn: https://www.kultura.mt/en/events/mewga-album-launch-NDY4 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Riċetti

Facebook