El-Hiblu: It-tliet żgħażagħ akkużati b'piraterija mogħtija l-ħelsien mill-arrest

  • Nov 22, 2019 00:22
  • Miktub minn iNews
"

    L-akkużati ta' 16, 17 u 19-il sena kienu ilhom tmien snin il-ħabs

     

    It-tliet żgħażagħ li f'Marzu ħadu l-kontroll tal-bastiment El Hiblu huwa u jirritorna lejn il-Libja, u li qegħdin jiffaċċjaw akkużi ta' piraterija, ingħataw il-ħelsien mill-arrest, wara li kienu ilhom mat-tmien xhur jinżammu ġewwa l-ħabs.

    Kien f'Marzu li għadda meta t-tlett żgħażagħ (wieħed mill-Kosta tal-Ivorju, u tnejn mill-Guinea), flimkien ma' 105 persuna oħra, kienu salvati mill-bastiment El Hiblu ġewwa ż-żona tat-tfittxija tal-Libja. Madanakollu, xħin dawn il-persuni ndunaw li l-vapur kien sejjer jirritorna lejn il-Libja, it-tlett żgħażagħ kisbu l-kontroll tal-bastiment, hekk kif saħqu mal-Awtoritajiet Maltin "li nippreferu mmutu, milli nirritornaw lura lejn il-Libja."

    Il-fondazzjoni Ġermaniża Zivile Seenotrettung appoġġjat liż-żgħażagħ billi pprovdiet l-flus kollha neċessarji biex it-tlett persuni jingħataw l-ħelsien mill-arrest. L-istess fondazzjoni kienet ħabbret dan f'Ottubru li għadda, u tinkludi rappreżentanti minn għaqdiet oħra, fosthom Sea-Watch u Sea-Eye.

    L-avukati Cedric Mifsud u Gianluca Cappitta, flimkien ma' Dr Neil Falzon mill-Fondazzjoni Auditus, kienu qegħdin jirrapreżentaw lit-tliet akkużati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0