Il-GWU titlob investigazzjoni dwar ir-rosters tal-care workers

  • Nov 22, 2019 07:52
  • Miktub minn iNews
"

    Il-kwistjoni tal-ħinijiet tal-care workers tkompli, hekk kif saret analiżi tal-proposta li bagħat il-Ministeru tas-Saħħa lit-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi dwar dan.  Hekk kif irċeviet il-proposta, it-Taqsima imsemmija staqsiet lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) biex jiċċekja jekk din il-proposta hijiex waħda konformi mal-liġi.  Sfortunatament wara ġimgħat, it-Taqsima baqgħet mingħajr ebda risposta minn dan id-dipartiment.  inewsmalta hu infurmat li min-naħa tagħha t-Taqsima qed tqis din il-proposta bħala li mhix konformi mar-regolamenti dwar il-pagi fl-isptarijiet u l-kliniċi. 

    Il-liġi tgħid ċar u tond li “impjegati full tajm f’kull sptar għandhom jingħataw intervalli biex jieklu u jistrieħu li ma jkunx aktar jew inqas minn siegħa".  It-Taqsima infurmat li “il-GWU qed tinnotifika li jekk mhux se ssir proposta li tkun legalment konformi mal-liġi sa l-Erbgħa 27 ta’ Novembru, it-Taqsima ma jkollhiex triq oħra għajr li tirregistra azzjoni industrijali.”  Wara din l-analiżi li saret mil-GWU, it-Taqsima talbet b'mod uffiċjali lid-DIER biex issir ukoll investigazzjoni fuq ir-roster tal-care workers kollha li impjegati fil-kumpanija HealthMark u qed jaħdmu f'entitajiet tal-Ministeru tas-Saħħa.  Il-GWU qed tistenna u titlob li din l-investigazzjoni ssir mill-aktar fiss b'mod oġettiv u konformi mal-liġi minn naħa tad-DIER.

    Ta’ min jgħid li fl-aħħar ta’ Ottubru, il-General Workers’ Union ordnat azzjonijiet industrijali għal-care workers  imsieħba tagħha u li huma impjegati tal-kumpanija Healthmark, wara li din il-kumpanija u l-Ministeru tas-Saħħa naqsu milli jipprovdu ħinijiet tax-xogħol ġusti għal dawn il-ħaddiema. Dan minkejja li l-Ministru tas-Saħħa f’laqgħa mal-GWU fehem is-sitwazzjoni u wera r-rieda li din tkun indirizzata. L-azzjonijiet ikopru l-oqsma kollha tas-servizz tas-saħħa tal-Ministeru tas-Saħħa fejn hemm il-preżenza tal-kumpanija Healthmark.

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin kien qal li permezz tad-direttivi mgħotija mill-Union, il-ħaddiema involuti mhux se jwettqu l-ħasil u l-frix tas-sodod, kif ukoll mhux se jagħmlu xogħolijiet li mhumiex fis-swali lilhom assenjati.   Bondin kien saħaq li mhux aċċettabbli li filwaqt li quddiem id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg il-Ministeru tas-Saħħa qabel li jipproponi ħinijiet ġodda, dan kien baqa ma sarx. Qal li l-ħaddiema ta’ Healthmark fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru tas-Saħħa ma jistgħux jibqgħu jaħdmu ġranet addizzjonali minħabba l-mod kif inhuma l-ħinijiet tax-xogħol mgħotija lilhom: “Ma jistax ikun hemm sitwazzjoni fejn ikollok ħaddiema tal-ewwel u tat-tieni klassi.”  La darba it-Taqsima kienet irċiviet il-proposta, kienet irtirat l-azzjonijiet iżda jidher li l-ftehim għadu ma ntlaħaqx minħabba dan li hu msemmi f'dan l-artiklu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0