Jose Mourinho jrid jiffirma lil Zlatan Ibrahimovic

  • Nov 22, 2019 00:58
  • Miktub minn iNews
"

    Il-coach il-ġdid ta’ Tottenham Hotspur, Jose Mourinho, irid  jingaġġa lill-attakkant Svediż, Zlatan Ibrahimovic, meta f’Jannar li ġej, isir player liberu wara li nħall mill-kuntratt ta’ LA Galaxy fil-kampjonat Amerikan.

    Il-coach Portugiż qed jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex “jisraq” il-firma ta’ Ibrahimovic hekk kif dan qed jinnegozja ma’ AC Milan.

    Lura fl-2016, Mourinho kien iffirma lil Ibrahimovic waqt li kien qed imexxi lit-team ta’ Manchester United u tant impressjona li skorja 29 goals f’53 partita.

    F’Marzu 2018, dan il-player ta’ 38 sena kien telaq minn Old Trafford iżda xorta waħda baqa’ jżomm relazzjoni tajba ma’ Mourinho. Infatti l-ewwel darba li ħadmu flimkien kien fl-2008-09 fil-club ta’ Inter u l-coach Portugiż għandu stima kbira lejn Ibrahimovic li għandu attitudni professjonali u mentalitá rebbieħa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0