Jitlef €38,000 garanzija personali wara li seraq żewġ bottijiet bil-flus tal-karità

  • Nov 21, 2019 14:32
  • Miktub minn iNews
"

    Mario Farrugia, raġel ta’ 49 sena minn Santa Venera, deher akkużat quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, talli seraq bottijiet ta’ karita bi flus kontanti f’żewġ ħwienet differenti, kif ukoll talli kiser il-kundizzjonijiet tal-bail li kien imposti fuqu minn Qrati preċedenti.

    Il-Qorti semgħet kif nhar il-21 ta’ Ottubru li għadda, Farrugia allegatament seraq bott tal-karita bi flus kontanti li kellhom jingħataw lil Puttinu Cares, minn ġewwa ħanut tal-merċa ġewwa Ħal Qormi. It-total ta’ flus involuti ma kienux jeċċedu il-€230. Tlett ijiem wara, f’ħanut tal-merċa ieħor fl-istess lokalita, Farrugia reġa wettaq reat simili billi seraq bott tal-karita li kellhom jingħataw lill-Fondazzjoni Inspire.

    B’dawn ir-reati, il-Pulizija saħqet li Farrugia kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta proviżorja li kienu mposti fuqu mill-Qorti Kriminali f’Ġunju li għaddiet, fejn kellu €30,800 bħala garanzija personali, kif ukoll dawk imposti f’każ ieħor fi Frar li għadda, fejn din id-darba il-garanzija personali kienet ta’ €8000.

    L-imputat wieġeb mhix ħati tal-akkużi. L-avukat difensur Ishmael Psaila talab li l-imputat jingħata il-ħelsien mill-arrest. “Il-ħelsien mill-arrest mhix biss għodda użata minn din il-Qrati, hija wkoll dritt sakrosant ta’ kull persuna. U din m’għandhiex tiġi rrifjutata sakemm m’hjemm raġuni valida għal dan.”

    “F’dan il-każ, mhemmx xhieda mressqa mill-prosekuzzjoni li għadhom iridu jixhdu. Allura, m’hemmx raġuni valida għalfejn dan id-dritt sakrosant m’għandux jingħata lill-akkużat.”

    Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kollha, il-Maġistrat Monica Vella aċċettat it-talba tad-difiża. Madanakollu, hija rabtet lill-akkużat b’numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom li jiddepożita l-karta tal-identita u l-passaport lill-Qrati, li jiffirma l-għassa tal-pulizija fil-Ħamrun, kif ukoll depożitu personali ta’ €500 u garanzija personali ta’ €7000.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0