“Kulħadd għandu l-jedd li jipprotesta iżda l-vjolenza u l-provokazzjoni mhuma aċċettabbli qatt!”

  • Nov 21, 2019 12:24
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Edward Zammit Lewis ma naqasx milli jgħid tiegħu dwar dak li seħħ ilbieraħ filgħaxija quddiem il-Parlament.

    Qal li lbieraħ hu ħareġ l-aħħar mill-Parlament. Żied jgħid li Kellu jissakkar fil-Parlament fejn kien qed jaqdi dmiru għal Malta u skontu “dan minħabba persuni intolleranti u vjolenti li kienu lesti li jaħbtu għalina jew jipprovokawna b’MPs tal-Oppożizzjoni fosthom.” 

    Zammit Lewis qal li filwaqt li aħna pajjiż demokratiku avvanzat fejn kulħadd għandu l-jedd li jipprotesta b'mod ċivili, il-vjolenza u l-provokazzjoni mhuma aċċettabbli qatt. 

    Huwa temm jgħid li dawn l-avvenimenti aktar isaħħuh fir-rieda tiegħu li jkompli jaħdem għal pajjiżna b'serenità u b'appoġġ sħiħ lejn il-Prim Ministru Joseph Muscat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0