L-AUM imwaqqfa milli testendi l-binja ... “Il-battalja ntrebħet iżda l-gwerra għadha ma ntemmitx”

  • Nov 21, 2019 11:39
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li l-Awtorita tal-Ippjanar iddiferixxiet id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-American University of Malta (AUM) biex testendi l-binja li għandha f'Bormla għal-lum, issa ġiet ikkonfermata d-deċiżjoni. Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irrifjuta l-applikazzjoni tal-estenzjoni tal-binja mressqa mill-AUM.

    Fl-ewwel reazzjoni tagħha mid-deċiżjoni, il-grupp ‘Azzjoni: Tuna Artna Lura’ kitbu li “David Rebaħ lil Gulija,  il-battalja ntrebħet iżda l-gwerra għadha ma ntemmitx”. Aktar kmieni dalgħodu l-istess grupp xerred ritratt tal-karozza tal-linja tradizzjonali li biha ddeċidew li jmorru flimkien biex jassistu għad-deċiżjoni tant mistennija.

    Fl-aħħar ġimgħat l-11-il membru tal-bord li kellhom jiddeċiedu l-applikazzjoni esprimew tħassib dwar diversi aspetti partikolarment it-telf ta' spazji miftuħa u l-volum tal-bini inkluż dak viċin id-daħla tal-Isla.

    Numru ta' għaqdiet u residenti, partikolarment dawk Sengleani, ukoll kienu esprimew it-tħassib tagħhom li l-iżvilupp propost kien se joħnoq il-ftit spazji miftuħa li għad fadal bejn Bormla u l-Isla u kien se jgħatti s-swar.

    L-uffiċjali tal-Awtorita tal-Ippjanar li flew l-applikazzjoni kienu tal-fehma li din kellha tiġi aċċettata u peress li l-bord deher li ma kienx tal-istess fehma l-applikant ried jingħata raġuni għal dan.

    Kien għalhekk li minflok ma ttieħed vot l-istess 11-il membru taw ir-raġuni tagħhom għal dak li kien qed iħassibhom biex hekk l-AUM tkun tista' tindirizzahom.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0