Bowling: Nicholas Muscat l-ewwel ġuvni li jirbah il-kategoriji ta' taħt is-16 u 23 sena f’daqqa

  • Nov 21, 2019 00:45
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kampjonati BOV Bowling taż-zgħażagħ spiccaw fi tmiem il-gimgha, fejn bla dubju spikkat it-taqtigħa fil-kategorija tas-subien ta’ taħt it-23 sena. Is-sitta li kkwalifikaw għall-aħħar fażi kienu Nicholas Muscat, Matthew Magro, Edward Xuereb, Dylan Santillo Dwayne Zahra u Kurt Attard. Wara r-rawnd robin, Muscat, Magro u Xuereb renexxielhom izommu l-ewwel tlett postijiet.   Xuereb spicca gheleb lil Magro biex b’hekk wasal ghall-finali kontra Muscat.

    L-ewwel loghba intrebħet minn Xuereb, 267-202, biex sforza decider. Din kienet logħba ferm viċina tant li spiċċat fi draw ta 235-235!  B’hekk kellna naraw roll off ghall-ewwel darba f’dawn il-kampjonati, b’Muscat fl-aħħar jirnexxielu jirbaħ meritatament hekk kif spiċċa bi tlett strikes wara xulxin. 

    Sara Xuereb kienet fi klassi għaliha fil-kategorija ta taħt it-23 sena, hekk kif ghelbet lill-oħtha Raquel fil-finali, biex rebhet it-titlu għas-7 sena konsekuttiva.

    Il-kampjonat tas-subien ta taħt is-16 il-sena intrebaħ wkoll minn Muscat, quddiem Edward Xuereb and Dwayne Zahra. Muscat huwa l-ewwel żagħżugħ Malti li rebaħ iż-żewg titli ta’ taħt is-16 u ta’ taħt it-23 sena fl-istess ħin.

    Fis-sezzjoni ta taħt is-16 il-sena tat-tfajliet, Ruslana Grima żammet it-titlu li rebħet is-sena l-oħra biex spiccat quddiem Kathryn Fenech u Mia Bugeja, filwaqt li fil-kategorija ta taħt it-tnax-il sena, Kayden Lagana and Karlise Bartolo rrepetew ir-rebħa tas-sena l-oħra. Lagana spicca quddiem Nicolai Mallia u Kieran Seguna, b’Bartolo tegħleb lil Celianne Micallef u lill-Bugeja.

    Ernest Agius, Chief Officer fi ħdan il-Bank of Valletta u Paul Baldacchino, President tal-Malta Tenpin Bowling Association ippreżentaw it-trofej liċ-champions il-ġodda. L-appoġġ tal-Bank of Valletta għall-MTBA tifforma parti mill-impenn tal-Bank lejn il-Komunità li fiha jopera.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0