Il-GWU tassisti biex jintlaħaq ftehim bejn il-Ministeru għat-Trasport u Koptasin

  • Nov 20, 2019 11:10
  • Miktub minn iNews
"

    Wara numru ta’ diskussjonijiet, il-ħidma li twettqet mill-General Workers’ Union (GWU) wassal biex jintlaħaq ftehim ta’ operat bejn il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u l-Koptasin - Koperattiva Tabelli u Sinjali tat-traffiku.

    Is-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin laqa’ bi pjaċir l-aħbar ta’ dan il-ftehim ta’ operat tant mistenni li se jkopri l-erba’ snin li ġejjin. Huwa spjega li dan jikseb is-sinifikat importanti tiegħu hekk kif il-ftehim li kien hemm qabel kien ilu li skada numru ta’ snin. Bondin fisser li dan il-ftehim huwa bżonnjuż u rikonoxximent biex ikun hemm kjarifika tad-drittijiet u dmirijiet tal-ħaddiema.

    Is-Segretarju tat-taqsima qal li jemmen fil-koperattivi u fisser li huma tassew soċjali u jgħinu fid-dinja tax-xogħol. Huwa żied jgħid li huwa tajjeb li l-ħaddiema jħossuhon parti mill-koperattiva u huwa pożittiv li l-ħaddiema jiġu inċentivati biex ix-xogħol li jagħmlu jkunu jistgħu jaraw u jgawdu l-frott tiegħu huma wkoll u b’hekk il-ġid jitqassam bejn kulħadd.

    L-Assistent Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi George Zahra qal li dan il-ftehim jagħti s-serħan tal-moħħ u joffri stabbiltà. Huwa qal li permezz ta’ dan il-ftehim se titwitta t-triq għal aktar kommunikazzjoni bejn il-ħaddiema u l-Ministeru. Zahra tenna jgħid li l-għan huwa li jkun hemm aktar benefiċċji għall-ħaddiema u rringrazzja lil kull min wera fiduċja fil-GWU biex jintlaħaq dan il-ftehim.

    Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Christopher Cutajar irringrazzja lil kull min għen biex jintlaħaq dan il-ftehim ta’ operat u sostna li huwa pożittiv li nstab il-ħin meħtieġ wara tant żmien biex dan jiġi diskuss. Huwa qal li permezz t’hekk qegħdin jintrabtu li f’temp ta’ tliet xhur isir rapport ta’ studju bħala termini ta’ referenza li jispjega l-passi bżonnjużi li għandhom jittiehdu biex tassew ikomplu javvanzaw fil-futur. 

    Is-Segretarju Permanenti żied jgħid li dan l-eżerċizzju għandu jservi bħala “eye opener” għal setturi oħrajn. Huwa estenda l-invit biex ikun hemm aktar kooperazzjoni u mentalià miftuħa biex jaħdmu id f’id speċjalment fid-dawl tan-numru ta’ sfidi li hemm fejn jidħlu riformi strutturali, investiment f’aktar nies u makkinarju u ħidma biex jinħolqu units ġodda.

    Il-ftehim ta’ operat ġie ffirmat minn naħa tal-GWU mis-Segretarju tat-taqsima GWU Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin u mill-Assistent Segretarju tal-istesss taqsima George Zahra. Minn naħa tal-ħaddiema ġie ffirmat minn Louis Zammit u Marco Zammit. Iffirmaw ukoll is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Christopher Cutajar, id-Direttur tal-Manifattura u Servizzi Raymond Caruana u bħala xhieda għal dan il-ftehim ta’ operat kien hemm Dr Mark Sammut u Dr Maxine Gatt.

     

    Ritratt: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0