L-aħħar maħfra presidenzjali kbira kienet ingħatat lil George Farrugia

  • Nov 20, 2019 08:08
  • Miktub minn iNews
"

    Il-possibilità li tingħata maħfra presidenzjali lil dak li ġie deskritt bħala l-'middleman' fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia reġa' qajjmet diskussjoni dwar kemm hi effiċjenti f'każ ta' każijiet kbar.

    Matul is-snin jingħataw bosta maħfriet presidenzjali meqjusa żgħar bl-aħħar statistiċi juru li ħafna minnhom kienu marbutin ma' multi jew pieni ta' ħabs relatati ma' multi, inkluż fuq ħlas ta' VAT, u anke mantenimenti.

    Ftit huma dawk il-każijiet fejn tingħata maħfra presidenzjali fuq każijiet “jaħarqu” bl-aħħar waħda magħrufa tkun dik ta' George Farrugia b'rabta mal-każ tat-tixħim fuq ix-xiri taż-żejt.

    Dwar dan il-każ tressqu numru ta' persuni għalkemm il-parti l-kbira tal-każijiet għadhom ma nqatgħux u f'wieħed minnhom il-persuna akkużata ma nstabitx ħatja.

    Maħfra presidenzjali oħra li wkoll ħolqot kontroversja kienet dik ta' għax Joseph Fenech, magħruf bħala Żeppi l-Ħafi, u li kien jikkonċerna l-attentat ta' qtil fuq Richard Cachia Caruana, l-Assistent Personali tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami.

    Dwar dan il-każ ukoll kienu tressqu numru ta' persuni fosthom Meinrad Calleja li għadda ġuri għalkemm ma nstabx ħati li kien hu li qabbad persuna biex tipprova toqtol lil Cachia Caruana ħdejn id-dar tiegħu fl-Imdina.

    Kontroversja oħra nqalgħet dwar Francesco De Assis Queiroz, Brażiljan li kien arresatat fis-snin 90 fl-ajruport ta' Malta wara li nqabad bi tliet kilos kokaina.

    Huwa kien ikkundannat 12-il sena ħabs imma eventwalment ingħata maħfra presidenzjali wara li nstab li kien marid bil-Hepatitis C u l-Gvern Nazzjonalista kien deherlu li kien ta' periklu għas-saħħa pubblika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0