Lynn Faure twissi lill-PN… tgħid li lesta tixhed dwar kif intefqu flus pubbliċi fl-2003

  • Nov 20, 2019 07:53
  • Miktub minn iNews
"

    L-Avukat Lynn Faure wissiet lill-PN li lesta tixhed fil-Qorti dwar kif intużaw flus pubbliċi minn delegat tal-PN fis-sena 2003.

    Dan kien wieħed mill-kummenti li bihom irreaġixxiet għar-rapport li deher fil-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd tal-PN, “il-Mument”, fejn intqal li hi qed tittanta xortiha mal-Partit Laburista (PL) wara li falliet fil-karriera mużikali.

    Fl-2003 Faure, li dak iż-żmien kienet għadha kunjomha Chircop, irrappreżentat lil Malta fil-Euovision Song Contest.

    Minn dak iż-żmien 'il hawn hi studjat il-liġi fl-Università ta' Malta u llum taħdem bħala avukat.

    Minbarra lilha, il-gazzetta semma wkoll lil Joanna Camilleri fejn iddeskriviha bħala eks-ġudoka li bħal Faure wkoll daħlet għall-programm LEAD li nieda l-PL biex jattira tfajliet u nisa interessati fil-politika.

    Ir-rapport jallega wkoll li l-programm LEAD hu intenzjonat biss biex jgħin lill-ewroparlamentari Miriam Dalli biex tilħaq mexxejja tal-PL wara Joseph Muscat.

    Dak li deher fir-rapport xejn ma niżel tajjeb fil-PN stess bil-kap tiegħu, Adrian Delia, saħanistra spiċċa jitlob skuża.

    Kienu diversi dawk fil-PN, inkluż deputati attwali u persuni li ħadmu fil-partit, fosthom l-Avukat Louis Galea li f'idejh ġiet fdata r-riforma fil-PN.

    L-Avukat Faure nnifisha rringrazzjat lil kull min wera solidarjetà magħha u ma' familtha fosthom lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

    “Jien qatt ma kelli diżappunti f'ħajti għaliex ġejt fdata nirrappreżenta lil Malta f'kontest Ewropew li l-PN fil-Gvern ħadem kontrih fl-2003 bil-forza kollha tiegħu. Nistieden lil Joe Mikallef (il-ġurnalist li kiteb l-istorja) jirriċerka kif intużaw flus pubbliċi minn min kien delegat tal-PN fis-sena 2003”.

    Faure qalet li hi lesta tixhed fil-Qorti jekk ikun hemm il-bżonn u għamlitha ċara li mhux qed tistenna integrità mingħand ħadd fil-PN.

    “Huwa aktar possibbli li nemmen fl-immortalita tal-bniedem milli jkun hemm wieeħd jew waħda li kapaċi twieġeb għal dan l-attakk personali f'isem il-PN”.

    Hija rringrazzjat lil Miriam Dalli talli temmen fiha u talli offriet taħriġ lin-nisa  biex inkunu mħarrġa fil-politika li, skont hi, kienet xi ħaġa li ma kinietx teżisti taħt il-Gvern Nazzjonalista.

    “B'xorti tajba kont kapaċi nistudja, niggradwa, inrabbi familja u nokkupa pożizzjonijiet  b'responsabbilta … l-istess fil-Eurovision. Kont kapaċi ngħid le għal dak li jmur kontra l-prinċipji tiegħi. Għalhekk diżappuntanti għal-PN”.

    F'kumment ieħor fuq il-media soċjali hija rrimarkat li hemm min jidher li mhux infurmat tajjeb dwar l-avvenimenti tal-passat u għadu jirrepeti ħrejjef waqt li sostniet li ma tiddejjaq xejn tiltaqa' miegħu biex turihom fehmitha anke “minħabba li jidher li hemm xi wħud li jixtiequ li kellhom l-opportunita jisimgħu u jiżnu qabel ma jfattruha u jidħu kompliċi fil-gideb sfrentat li iċċirkolat il-medja fl-2003”.

    Hija żiedet li min m'għandux grazzja magħha għandu kull dritt sakemm jibqa' sal-limitu li tippermetti l-liġi.

    Faure anke tellgħet filmat tagħha ddoqq il-pjanu u tkanta l-kanzunetta ta' Dionne Warwick “That's What Friends Are For”.

    Miriam Dalli wkoll ikkummentat fejn irrimarkat li l-PN għandu problema fundamentali bin-nisa fil-politika u iddeskriviet ir-rapport bħala wieħed li jirrifletti dak li sejħet 'macho politics'.

    “Dawn l-attakki huwa maħsuba biex ibegħdu lin-nisa mill-PL. Imma qed iwasslu biex aktar nisa, ta' kull eta, jidħlu fil-partit. Dawn l-attakki jsaħħuna aktar u nħeġġeġ aktar nisa nidħlu fil-grupp li qed jikber”, hija żiedet tgħid.

    Missier Lynn, Philip Chircop li jmexxi l-għaqda Nanniet Malta, ukoll esprima d-dispjaċir tiegħu li bintu kienet attakkata b'dan il-mod mill-ġurnal tal-PN.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0