Nofs miljun applikazzjoni għal ażil fl-UE … Tkompli l-pressjoni fuq Malta u stati membri oħra żgħar

  • Nov 19, 2019 12:13
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li s’issa, fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena diġa’ saru aktar minn nofs miljun applikazzjoni għal ażil fl-Unjoni Ewropea, l-European Asylum Support Office (EASO) irrikonoxxa li n-numri juru li qed tkompli tikber il-pressjoni fuq Malta u stati membri oħra b’popolazzjoni baxxa.

    Bejn Jannar u Settembru 2019 ġew sottomessi 515,825 applikazzjoni għall-ażil, li jfisser żieda ta’ 10 fil-mija fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra. Il-proporzjon ta’ applikazzjonijiet li ntlaqgħu ammonta għal 34 fil-mija, komparat ma’ 33 fil-mija fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2018.

    Ċittadini mis-Sirja, Afghanistan u Venezuela għamlu l-akbar għadd ta’ applikazzjonijiet, li komplew jammontaw għal kwart mill-applikazzjonijiet kollha li saru. Għas-sitt xahar konsekuttiv, l-applikazzjonijiet Afghani kienu aktar minn dawk li saru minn Venezwani, bl-akbar għadd isiru f’Settembru meta saru l-akbar numru ta’ applikazzjonijiet - 5,600 - f’xahar wieħed minn Diċembru 2016 ’il hawn.

    In-numri juru li s’issa din is-sena, l-istati membri tal-UE bl-iżgħar popolazzjoni  reġgħu kienu taħt pressjoni kbira. Bħala eżempju, l-EASO spjega li ras għal ras, l-akbar għadd ta’ applikazzjonijiet li saru f’Lulju li għadda kienu sottomessi f’Ċipru u Malta, segwieti mill-Greċja, l-Iżvezja u l-Lussemburgu.

    Mir-Rebbiegħa ta’ din is-sena, Ċipru rċieva bħala medja, 1,500 applikazzjoni għal kull miljun abbitant kull xahar, aktar mid-doppju li saru f’Malta (qrib 700 applikazzjoni), u tliet darbiet aktar minn Greċja (aktar minn 450).

    Fl-aħħar ta’ Settembru  kien hemm 507,800 applikazzjoni jistennew deċizjoni fl-ewwel istanza. Barra minn hekk, madwar 381,700 applikazzjoni kienu qegħdin jistennew deċiżjoni fl-appell jew fl-istadju ta’ reviżjoni fl-aħħar ta’ Lulju 2019, biex b’hekk kien hemm 890,000 każ pendenti fl-istanzi kollha. Dan ifisser li bħalissa l-pressjoni hija l-aktar fuq l-awtoritajiet li qegħdin jitrattaw l-applikazzjonijiet fl-ewwel istanza.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0