Euro 2020: Malta ttemm l-impenji b’telfa kontra n-Norveġja

  • Nov 19, 2019 00:28
  • Miktub minn iNews
"

    Malta ………..1

    Norveġja …..2

    Wirja ferm qalbiena mit-team nazzjonali Malti, ma kinitx biżżejjed hekk kif safa megħlub minn Norveġja bl-iskor ta’ 2-1, f’partita li l-Maltin urew titjib sostanzjali mill-wirja preċedenti li fiha sfaw megħluba minn Spanja bl-iskor kbir ta’ 7-0 ... biex b’hekk temm l-impenji tiegħu fil-Euro 2020.

    Interessati għan-Norveġiżi  kienet l-assenza taż-żewġ stilel Erling Brand Haaland li tant qed jissemma li jista’ jingħaqad ma’ Manchester United, f’Jannar li ġej, kif ukoll l-attakkant ta’ Real Madrid misluf lil Real Sociedad, Martin Odegaard.

    Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita meta ħarġu mill-ewwel fuq l-offensiva u wara biss seba’ minuti fetħu l-iskor meta Mats Moller Daehli xeħet cross fil-baxx fejn JOSHUA KING kellu l-ewwel tentattiv tiegħu mblukkat mill-goalkeeper Henry Bonello, li iżda ma żammx, biex mir-rebound l-istess attakkant Norveġiż ma kellux diffikultá jitfa’ fix-xibka.

    Minkejja li konna fi żvantaġġ ta’ goal, b’mod gradwali l-players tagħna bdew deħlin fil-partita biex żam­mew ukoll lill-avversarji barra mill-kaxxa l-kbira.

    Iżda fit-28 minuta, il-lasti tagħna għaddew minn periklu meta Joshua King ħarab fuq ix-xellug, avvanza u pprova jantiċipa l-ħarġa ta’ Bonello billi jipplejsja l-ballun milli jgħaddi lejn Alexander Sorloth li kien f’pożizzjoni ideali biex jixħet il-ballun fix-xibka.

    Il-Maltin għamlu reazzjoni u tliet minuti wara, Ky-rian Nwoko, resaq viċin meta approfitta minn indeċiżjoni ta’ Tore Reginslussen, iżda minn pożizzjoni angolata kellu x-xutt tiegħu jaħbat man-naħa ta’ barra tax-xibka.

    Madankollu, fl-40 minuta ksibna d-draw meta Michael Mifsud bi cross perfett żmarka għal kollox lil PAUL FENECH li kien pront jikkonkludi fix-xibka bil-ballun jgħaddi minn bejn saqajn il-goalkeeper, Orjan Nyland.

    Diżappuntati mill-wirja forsi mhux daqstant b’saħħitha fl-ewwel taqsima, in-Norveġiżi ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fit-62 minuta rduppjaw l-iskor meta Sander Berge għadda tajjeb lejn ALEXANDER SORLOTH, li żmarkat waħdu ddepożita l-ballun fix-xibka.

    Huma komplew jiddettaw il-logħob u fis-66 minuta rebħu penalty meta d-difensur Malti, Zach Muscat, waqqa’ lill-awtur tat-tieni goal Norveġiż, Alexander Sorloth fil-kaxxa.

    Mill-11-il metru nkariga ruħu Joshua King li iżda ra lil Henry Bonello jsalva bi bravura meta l-ballun deher sejjer fir-rokna tax-xibka.

    Il-Maltin ippruvaw jagħ­mlu reazzjoni fit-tentattiv li jsalvaw ir-riżultat iżda ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja biex l-iskor sas-suffara finali baqa’ l-istess. 

    MALTA: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg (3-Ferdinando Apap 75), 5-Andrei Agius, 7-Joseph Mbong, 8-Paul Fenech, 9-Michael Mifsud, 10-Kyrian Nwoko, 11-Rowen Muscat (18-Nikolai Muscat 70), 13-Dunstan Vella (17-Alfred Effiong 60), 19-Joseph Zerafa, 22-Zach Muscat - Coach: Ray Farrugia

    NORVEĠJA: 12-Orjan Nyland, 3-Kristoffer Ajar, 4-Tore Reginiussen, 7-Joshua King (13-Fredrik Ulvestad 89), 8-Iver Fossum, 9-Alexander Sorloth, 15-Sander Berge, 16-Jonas Svensson (10-Tarik Elyounoussi 65), 17-Birger Meling, 19-Markus Henriksen, 20-Mats Moller Daehli  (14-Omar Elabdeelaoui 46)- Coach: Lars Lagerback

    REFEREE: Aliyar Aghayev (Azerbaijan)

    ASS. REFEREES:Zeynal Zeynalov, Akif Amirali (Azerbaijan)

    RABA’ UFF: Rauf Jabarov (Azerbaijan)

    SKORERS:J. King 7, A. Sorloth 62 (N), P. Fenech 40 (M)

    AMMONITI: S. Borg, Z. Muscat (M)

    ATTENDENZA: 2, 703

     

     

     

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0