Mal-500 dimostrant huma maħsubin li huma maqbudin f’università f’Hong Kong hekk kif il-pulizija għamlu assedju fuq il-kampus.
Aktar kmieni llum, il-Pulizija kienu rnexxielhom jirreżistu lil dimostranti li kellhom fil-pussess tagħhom Molotov cocktails u armi oħrajn u li kienu fil-Polytechnic University ta’ Hong Kong, hekk kif uħud minnhom ipprovaw jaħarbu mill-kampus.
F’kumment li għadda tard illum lil NBC News, id-deoutat direttur għall-komunikazzjonijiet tal-università qal li huwa maħsub li mal-500 persuna għadhom maqbudin fl-università.
Il-Pulizija ċċirkondaw il-binja tal-università matul il-jum tal-bieraħ, u għamlu użu minn kanuni tal-ilma, gass tatd0dmugħ u vetturi tal-pulizija biex jirnexxilhom iżommu lura lid-dimostranti hekk kif is-sitwazzjoni eskalat.
Intant tard illum mijiet ta’ nies li jappoġġjaw lid-dimostranti dehru jimarċjaw fid-direzzjoni tal-università. Huma nstemgħu jgħajtu “Salvaw l-istudenti tal-Polytechnic University” u “Nies ta’ Hong Kong, imxu flimkien”.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.