“Nagħti ħajti biex il-poplu tagħna jfiq mill-ġerħat l-antiki” - Mons Arċisqof Charles Scicluna

  • Nov 16, 2019 16:31
  • Miktub minn iNews
"

    Dakinhar li l-Arċisqof Charles Scicluna bierek l-oqbra fil-parti li kienet magħrufa bħala l-miżbla qal hekk: “Fit-2 ta’ Novembru li għadda waqt it-tifkira solenni li nagħmlu ta’ kull sena għal ħutna l-mejtin, kelli l-opportunità nqaddes fiċ-ċimiterju tal-Addolorata u wara ddeċidejt inpoġġi kuruna ta’ fjuri fuq il-qabar ta’ grupp ta’ emigranti li midfunin fil-komun ta’ dan iċ-ċimiterju u li kienu ndifnu hemmhekk wara li għerqu fil-Mediterran. Kienet id-deċiżjoni tiegħi ukoll li nżur is-sezzjoni taċ-ċimiterju li fl-antik ma kinitx imbierka u li fiha kien hemm uħud minn ħutna li meta ndifnu ma ndifnux mal-Kattoliċi l-oħrajn. Jiena nixtieq infakkar li l-mewt tifridna mill-għeżież tagħna imma ’l ħutna mejtin jistħoqqilhom ir-rispett ta’ kull wieħed u waħda minna, huma min huma. Il-ġudizzju, wara kollox, f’idejn Alla. Il-ħniena tiegħu tifrex il-medda taż-żminijiet u tiżboq saħansitra fl-eternità.”

    “Apprezzajt ħafna t-turija ta’ ringrazzjament minn diversi sezzjonijiet tal-pubbliku Malti. Hemm bżonn naħdmu għar-rikonċiljazzjoni vera li mhix faċli. Il-feriti huma profondi u kbar. Imma jien nixtieq inwiegħed lill-poplu Malti din il-ħaġa: jiena nagħti ħajti biex il-poplu tagħna jfiq mill-ġerħat l-antiki u fil-Knisja jara l-ħabiba ta’ kulħadd, tal-kbir u taż-żgħir, tal-għani u l-fqir”, sostna Mons Arċisqof Charles Scicluna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0