Impjegata mhux ħatja li ħassret tagħrif f'kompjuter

  • Nov 14, 2019 18:51
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla ta' 25 sena ma nstabitx ħatja li ħassret informazzjoni minn fuq il-kompjuter tax-xogħol.

    It-tfajla kienet mixlija li fit-8 ta' Awwissu 2014, mingħajr awtorizzazzjoni, neħħiet u ħassret data, software jew dokumentazzjoni minn telefon ċellulari u laptop proprjeta tal-kumpanija Computer Domain Limited.

    Hija kienet għadha kemm tat ir-riżenja tagħha mill-kumpanija li magħha kienet taħdem bħala general manager.

    Wara li semgħet lid-direttur u impjegati tal-kumpanija kif ukoll esperti tekniċi, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit ikkonkludiet li ħafna mix-xhieda tal-impjegati kienet tikkonsisti f'semgħu mingħand ħaddieħor.

    Hija rrimarka li l-unika xhud li ra xi ħaġa kien l-IT assistant tal-kumpanija fejn dan spjega li ra ammont ta' fajls li kienu qed jitneħħew mil-laptop imma mhux lit-tfajla tħassarhom.

    Mill-provi ħareġ ukoll li l-uffiċċju tal-akkużata u l-laptop kienu jiġu wżati minn impjegat ieħor u l-imsemmija maġistrat sostniet li għalhekk ma tistax tkun ċerta li l-informazzjoni tħassret minnha.

    Kien għalhekk li ma sabitx lit-tfajla ħatja u illiberatha mill-akkuża miġjuba kontriha mill-Ispettur Nicholas Vella.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0