Mill-inqas ħames persuni jindarbu fi sparatura fi skola f'Kalifornja … L-aggressur maħsub li huwa student

  • Nov 14, 2019 18:20
  • Miktub minn iNews
"

    Mill-inqas ħames persuni sfaw midrubin fi sparatura fi skola fil-belt ta’ Santa Clarita fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja, bl-awtoritajiet qed ifittxu għall-aggressur.

    L-isparatura seħħet fl-Iskola ta’ Saugus High School, li tinsab madwar 30 mil fil-Majjistral ta’ Los Angeles.

    Intant id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Los Angeles fi tweet qalu li qed ifittxu għas-suspettat aggressur, deskritt bħala raġel Ażjatiku b’ilbies skur.

    Is-suspettat huwa maħsub li huwa student fl-istess skola.

    Ħames persuni – tnejn minnhom f’qagħda kritika –ittieħdu fl-Isptar ta’ Henry Mayo.

    L-isparatura seħħet madwar 20 minuta qabel ma bdiet l-iskola.

    L-iskejjel kollha f’Santa Clarita jinsabu taħt lockdown bħala prekawzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0