Il-Flotta tal-BOV Gozo Regatta bi sfida mat-Temp

  • Nov 14, 2019 17:17
  • Miktub minn iNews
"

    Il-flotta ta’ dgħajjes li se jkunu qed jieħdu sehem fil-BOV Gozo Regatta ta’ din is-sena, se jkunu qed jitħabtu ma’ rjiħat qawwija u mewġ qawwi waqt dan l-avveniment annwali ta’ 3 ijiem organizzat mir-Royal Malta Yacht Club bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru 2019.

    Id-dgħajjes se jitilqu mill-Port il-Kbir nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru u jtellqu sal-port tal-Imġarr f’Għawdex f’dak li huwa mistenni li jkun passaġġ veloċi ħafna minħabba r-riħ qawwi previst. Is-Sibt se tara l-flotta tikkompeti f’għadd ta’ tiġrijiet tul il-kosta tan-Nofsinhar ta’ Għawdex u mbagħad tiġrija lura minn Għawdex għal Malta nhar il-Ħadd.

    Ir-rebbieħa tas-sena li għaddiet Elusive II, li reċentement kienu wkoll ir-rebbieħa tar-Rolex Middle Sea Race se jaraw kompetizzjoni iebsa mill-bqija tal-flotta għat-trofew ta’ din it-tellieqa.

    Il-kaptani tad-dgħajjes ltaqgħu għall-briefing tat-tellieqa u ġew indirizzati mill-Commodore tal-RMYC Godwin Zammit, id-direttur tat-tellieqa Peter Dimech u ċ-Chief Officer tal-Bank of Valletta Horace Laudi.

    ‘Il-kundizzjonijiet prevalenti se jkunu ta’ prova għal ħila tal-kaptani u l-ekwipaġġi tagħhom u se jenfasizzaw l-iktar timijiet koeżivi fil-flotta’ qal il-Commodore RMYC. ‘Se nkomplu nissorveljaw il-kundizzjonijiet matul it-tellieqa biex niżguraw is-sigurtà ta' l-ekwipaġġi kollha u nawguraw xorti tajba lill kull parteċipant.’

    "Bħala sostenitur ewlieni ta' inizjattivi sportivi f'Malta u Għawdex, il-Bank of Valletta huwa kuntent li jerġa' jappoġġja l-BOV Gozo Regatta u l-komunità lokali tal-yachting" qal Stefan Abela. 'Id-determinazzjoni u l-kuraġġ ta' dawn l-ekwipaġġi li ħerqana li jtellgħu minkejja l-kundizzjonijiet iebsa huma xhieda tar-reżiljenza ta' pajjiżna kontra d-diversità u nistennew bil-ħerqa li nerġgħu niltaqgħu mar-rebbieħa u l-parteċipanti kollha waqt iċ-ċerimonja li tagħti l-premju wara t-tiġrijiet.’

    Aktar informazzjoni dwar ir-Regatta tal-BOV f’Għawdex tista’ tinkiseb billi żżur www.rmyc.org.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0