Seminar immirat biex ir-raħħal itejjeb l-operat u jżid il-qligħ

  • Nov 14, 2019 12:06
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri indirizza seminar immirat għas-settur tat-trobbija tal-annimali, b’enfasi fuq is-settur tal-ħalib, u x-xogħol li qed isir mill-Extension Services f’dan il-qasam. Hu qal li “s-settur tal-ħalib huwa eżempju eċċezzjonali ta’ suċċess, eżempju għal kul settur ieħor, li jrid jorganizza ruħu u jimxi ’l quddiem.”

    Huwa spjega kif fis-seminar li kien organizzat fl-2018, flimkien mas-settur ikkonċernat, kien ġie identifikat il-bżonn li kull razzett ikollu business plan, u kien minn hawhnekk li ttieħdet l-inizjattiva biex l-Extension Services nediet proġett pilota flimkien mal-KPH sabiex isir business plan għall-irziezet tal-baqar tal-ħalib.  

    F’dan is-seminar ġew ppreżentati ir-riżultati tal-proġett pilota. (L-analiżi saret fuq 10% tas-settur u ppartecipaw 8 raħħala). Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-iskop primarju tal-proġett kien li jiġu identifikati sezzjonijiet fejn jista’ jkun hemm telf ta’ flus u opportunitajiet fejn ir-raħħal mill-banda l-oħra jkun jista’ jiffranka u saħansitra jkun iktar effiċjenti u b’hekk iżid il-qligħ.

    Fost is-sezzjonijiet li ġew evalwati każ b’każ kien hemm: In-nutrizzjoni tal-bhejjem (ġwież u mgħalef), il-kwalità u s-sors ta’ ilma, is-sistemi biex ikessħu l-arja, it-twelid ta’ għoġġiela u l-immaniġġjar tagħhom, il-produzzjoni tad-demel  u l-bejgħ tiegħu, il-konsum ta’ elettriku u produzzjoni sostenibbli fuq ir-razzett, il-bejgħ ta’ bhejjem, il-qatla u l-kwalità tal-karkassi, il-ħlib, il-perjodu tal-attrazzjoni, il-kontroll ta’ pesti fuq l-irziezet, l-użu ta’ deterġenti u diżinfettanti, id-djun mal-banek, intitolamenti għal sussidji u opportunitajiet għal fondi Ewropej. 

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal li “l-għan tagħna huwa li jiggwadanja r-raħħal u fil-fatt, ir-raħħala li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn il-business plans jistgħu jiffrankaw u jaqilgħu eluf ta’ ewro.” Hawn semma l-ħsieb li dan il-proġett pilota jiġi estiż ma’ iktar raħħala li jinkludu dawk li jipproduċu l-ħalib min-nagħaġ u l-mogħoż, kif ukol mas-settur tal-majjal. Dan filwaqt li ħeġġeġ sabiex matul is-seminar jiġu identifikati aktar oqsma u opportunitajiet oħra biex l-extension services tkun tista’ testendi l-għajnuna għal aktar setturi.

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri fakkar li dan huwa l-uniku Gvern li verament jieħu ħsieb lir-raħħala. Gvern Nazzjonalista kien naqas milli jonora l-ftehimiet li daħal għalihom mar-raħħala fejn, wara li ġew mwiegħda kuntratti b’fondi għall-investiment fl-irziezet tagħhom u ntbgħatu jiddejnu, m’oronoax il-pagamenti li jlaħħqu €3 miljun. Hu kompla jgħid li kien Gvern Laburista li permezz tal-ħidma tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ħadem u sab soluzzjoni għal dan kollu biex raddejna l-flus lura lir-raħħala.

    Is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri qal ukoll li permezz ta’ ħidma li saret fuq livell Ewropew, kien assigurat li dan is-settur ser ikompli jgawdi mill-għajnuna speċjali li tlaħħaq €14-il miljun fuq medda ta’ seba’ snin għall-istess raħħala tal-baqar. Huwa temm jgħid li l-Gvern jinsab kommess li jkomplu jtejjeb ir-relazzjoni b’saħħitha li għandu ma’ dan il-qasam fejn b’mod kontinwu ssir ħidma importanti sabiex is-settur tar-raħħala tal-ħalib u setturi oħra jkunu sostenibbli u jkomplu jimmodernizzaw.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0