Dawk favur Delia jħallu lil Busuttil jitkellem waħdu

  • Nov 14, 2019 10:15
  • Miktub minn iNews
"

    Deputati li jappoġġjaw lill-kap attwali Adrian Delia telqu mill-Parlament qabel Simon Busuttil kien qed jitkellem fil-ħin tal-Aġġornament dwar l-irtir tal-libell kontrih miċ-Chief-of-Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri.

    Busuttil kien ilu minn filgħodu jħeġġeġ lin-nies jisimgħuh imma fil-Parlament baqgħu deputati li jappoġġjawh fosthom Jason Azzopardi u Karol Aquilina.

    L-eks-Kap tal-PN semma, fost oħrajn, il-protesta li se ssir nhar is-Sibt fil-Belt kontra Schembri u sostna li qiegħed jistenna lill-membri tal-Oppożizzjoni biex jattendu ħalli jħeġġu lil Joseph Muscat ikeċċi lil Schembri.

    Fl-istess waqt l-appell miftuħ ta' Busuttil biex kull membru tal-Oppożizzjoni jattendi l-protesta wera kemm għad hemm persuni li għadhom jappoġġjaw lilu u mhux lil Delia.

    Fost dawn hemm Charles Mangion, magħruf bħala “Iz-Zubina”, li fuq il-profil tiegħu ta' Facebook għadda botta lill-kap attwali tal-partit meta staqsa kif tista' titlob lil Schembri jitlaq meta huwa u sħabu telqu mill-Parlament fil-mument li kellu jkun hemm jekk verament huwa kontra l-korruzzjoni.

    Dan il-kumment ġab miegħu diversi oħra minn Nazzjonalisti li għadhom leali lejn Busuttil b'min saħansitra jgħid li mhux biss Delia ma kienx preżenti imma lanqas dawk li llum huma wkoll involuti fit-tmexxija tal-PN.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0