Kampjonat Ewropew Under 19

  • Nov 14, 2019 00:44
  • Miktub minn iNews
"

    It-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena, sofra telfa ta’ 2-0 kontra l-Italja, valida mir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew, li ntlagħbet f’Misano, provinċja ta’ Rimini.

    Il-Maltin qatt ma kienu perikolużi u kienu s-saves determinanti tal-goalkeeper, Amara Sylla, li żamm lil sħabu fil-partita, bl-ewwel wieħed ikun fl-14-il minuta minn xutt insidjuż ta’ Roberto Piccoli.

    Iżda fit-22 minuta huwa ġie megħlub mill-free-kick ta’ Sebastiano Esposito li iżda ġie mċaħħad mil-lasta. Peró l-istess player kien l-akbar theddida għall-Maltin fejn resaq viċin diversi drabi.  Iżda żewġ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima Esposito rnex­xielu jiftaħ l-iskor meta kkonkluda mill-pass ta’ Alessio Riccardi.

    Bla dubju Esposito, li diġá jilgħab mat-team tal-kbar ta’ Inter fis-Serie A, kompla jibbrilla fit-tieni taqsima, u fil-55 minuta falla għal ftit milli jirdoppja. 

    Iżda, fil-65 minuta, l-istess player pprovda l-assist lil Alessio Riccardi li mill-viċin ma żbaljax għal skor finali ta’ 2-0. 

    Italja: 12-Federico Brancolini, 2-Edoardo Pierozzi (3-Fabio Ponsi 56), 4-Paolo Gozzi Iweru, 5-Caleb Okoli Memeh (9-Elia Petrelli 73), 6-Nicolò Rovella, 7-Samuele Ricci, 8-Emmanuel Gyabuaa (11-Eddie Salcedo 56), 14-Lorenzo Colombini, 17-Roberto Piccoli (10-Nicolò Fagioli 73), 20-Sebastiano Esposito, 21-Alessio Riccardi (13-Nicolò Armini 73) - Coach: Alberto Bollini

    Malta: 1-Amara Sylla, 3-Andreas Vella (19-Ismael Borg 77), 4-Glenn Attard, 5-Christian Gauci, 6-Shaun Dimech (8-Jamie Sixsmith 86), 9-Paul Mbong (18-Ryan Tonna 76), 10-Jake Ghio, 11-Alexander Satariano, 13-Sebastian Grech, 15-Carlo Zammit Lonardelli, 17-Karl Mohnani  - Coach: Winston Muscat

    Referee: Mohammed Al-Hakim (Svezja)

    Assistenti: Mahbod Beigi (Svezja), Stephen Bell (Irlanda ta’ Fuq)

    Raba’ Uffiċjal: Ian McNabb (Irlanda ta’ Fuq)

    Skorers: S. Esposito 43, A. Riccardi 65 (I)

    Ammoniti: G. Attard (M), S. Esposito (I)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0