“Il-karriera għandha tinbena fuq principji sani u sisien sodi” - L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

  • Nov 13, 2019 14:39
  • Miktub minn iNews
"

    Il-gradwati għandhom jibnu l-karriera tagħhom fuq principji sani u sisien sodi, qal l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi fl-omelija li għamel waqt Quddiesa ta’ radd il-ħajr għall-gradwati l-ġodda tal-Università ta’ Malta, li saret fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.  

    Waqt li ta tifsira Nisranija għal ħajja ta’ suċċess huwa ħeġġeġ lill-gradwati l-ġodda biex dejjem ifittxu dak li hu sewwa u biex jegħlbu t-tentazzjoni li jfittxu l-gwadann personali akkost li jgħawgu l-prinċipji. “Min jgħix hekk jista’ jidher minn barra li qed jagħmel suċċess, li miexi ’l quddiem u jħalli lill-oħrajn bla nifs, imma fil-verità jkun qed jibni fuq ir-ramel.” Fakkarhom li fejn tidħol l-onestà, “il-ħażin hu ħażin mhux għax tinqabad tagħmlu, jew għax xi ħadd f’daqqa waħda jikxfek, imma għax hu ħażin fih innifsu. Ukoll jekk jirnexxilek tqarraq b’ħafna nies fil-ħajja, il-ħażin jibqa’ ħażin u fil-fond ta’ qalbek taf li dik mhix ħajja ta’ suċċess imma ta’ rovina”.

    L-Isqof Galea-Curmi stieden lil-gradwati jużaw l-enerġija tagħhom biex iġibu bidla għall-aħjar. “Hemm tant oqsma llum fejn tistgħu tagħmlu differenza. Ħa nsemmi wieħed li jolqot lil kulħadd, il-qasam tal-ħarsien tal-ambjent. Aħna msejħin biex nipproteġu l-ħolqien ta’ Alla għall-ħajja u s-saħħa tagħna, u għall-generazzjonijiet futuri. Li nħarsu l-ambjent mill-qerda hi emerġenza f’pajjiżna u intom tistgħu taghtu kontribut kbir f’dan.”

    Filwaqt li awguralhom l-isbaħ xewqat, l-Isqof talab lill-Mulej biex jagħtihom l-għajnuna li jkunu jeħtieġu speċjalment fil-mumenti ibsin fl-isfidi tal-ħajja, u biex jgħinhom jibnu ħajjithom fuq il-blat ħalli jkollhom ħajja ta’ suċċess.

    Għal din il-Quddiesa attendew il-President ta’ Malta u s-Sinjura Vella, ir-Rettur tal-Università Prof. Alfred Vella, letturi u gradwati minn disa’ fakultajiet.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0