Jintbagħat lura l-Italja wara li ammetta li seraq rota

  • Nov 13, 2019 13:37
  • Miktub minn iNews
"

    Daniel Appau ta’ 30 sena mill-Ghana iżda residenti Ħaż-Żebbuġ intbagħat 13-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u se jkun qed jintbagħat lura l-Italja minn fejn ġie wara li ammetta li seraq rota bil-mutur, li tiswa mal-€2,500 u li kienet ipparkjata barra l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ. 

    Il-każ seħħ nhar it-Tnejn li għadda. Mill-filmati tas-CCTV irriżulta li kien raġel ta’ karnaġġjon skur li seraq ir-rota u li l-istess raġel kien joqgħod faċċata tal-Kunsill Lokali. Ir-rota eventwalment ġiet irritornata lura lill-propretarju tagħha. 

    Appau ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u kien ikkundannat sentenza ta’ 13-il xahar ħabs li ġew sospiżi għal perjodu ta’ sentejn. Il-Qorti ordnat ukoll li l-ħati jintbagħat lura lejn l-Italja.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Alfredo Mangion.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0