Ħabbat fuq il-bonnet qabel issuq... tista' ssalvah

  • Nov 13, 2019 11:12
  • Miktub minn iNews
"

    “Ftit attenzjoni jaf tgħin biex insalvaw annimali innoċenti”. Hekk beda biex jappella sewwieq li fl-aħħar ħin xerred ritratt biex ifakkar li peress li t-temp issa beda jiksaħ nagħmlu tajjeb li nkunu ftit prudenti.

    Fir-ritratt jidher ferħ ta’ qattus li milli jidher daħal għall-kenn u li b’xorti tajba għalih ġie nnutat mis-sewwieq qabel dan ġie biex isuq għal fejn kellu jmur.

    Il-qtates li jgħixu barra f’dawn iż-żminijiet meta l-kesħa tibda tagħmel tagħha jsibu postijiet bħal dawn biex jevitaw ix-xita u l-kesħa li tkompli tagħmel tagħha.

    Mela jekk joġgħbok għin biex ixxerred il-kelma… qabel issuq kun ftit prudenti u ħabbat fuq il-bonnet qabel issuq.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0