Sitt xhur ħabs għal sewwieq li tajjar u qatel anzjan

  • Nov 13, 2019 09:56
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 38 sena li jgħix il-Furjana kien ikkundannat sitt xhur ħabs u kellu l-liċenzja tas-sewqan skwalifikata għal ħames snin wara li nstab ħati li ikkaġuna l-mewt ta' anzjan ta' 79 sena meta tajjru bil-karozza.

    Joseph Piscopo kien mixli mill-Ispettur Lara Butters li fil-21 ta' Awwissu 2016, għall-ħabta tas-6.000 p.m. f'Tal-Pieta, saq BMW bi traskuraġni u ikkaġuna l-mewt ta' Salvatore Attard li kien jgħix fl-istess lokalita.

    Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke rriżulta li bid-daqqa l-vittma ħabat mal-windscreen, faqgħu u tar diversi metri sakemm spiċċa mal-art. L-anzjan miet jumejn wara l-Isptar Mater Dei.

    Għalkemm l-imsemmija maġistrat irrimarkat li Attard naqas li jaqsam minn fuq il-'pedestrian crossing' hija għamlitha ċara li dan ma jnaqqasx mill-fatt li Piscopo kien qed isuq b'veloċita aktar milli kienu imissu għaddej.

    Hija sostniet li Piscopo huwa raġel adult u ma kellux l-iskuża tal-inesperjenza jew il-blugħa taż-żgħożija waqt li semmiet kif diġa kien instab ħati ta' sewqan perikoluż għalkemm mhux bil-konsegwenzi fatali bħal f'dan il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0