Il-maltemp jikkawża ħsara fil-main tal-ilma bejn Malta u Għawdex

  • Nov 13, 2019 08:32
  • Miktub minn iNews
"
    Fi stqarrija maħruġa, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma qiegħda tavża li l-maltemp qawwi ta’ dan il-lej ikkawża ħsara fil-main bejn Malta u Għawdex. L-indikazzjonijiet huma li l-ħsara seħħet bejn Malta u Kemmuna għad-differenza ta’ ħsara simili li saret is-sena l-oħra bejn Kemmuna u Għawdex.
    L-istqarrija tkompli tgħid li minkejja din il-ħsara, il-Korporazzjoni se tiżgura li sakemm isiru t-tiswijiet, il-provvista f’Għawdex tkun garantita u dawn it-tiswjijiet jibdew hekk kif jippermetti l-baħar. Saħqet tgħid li dan l-inċident ikompli jemfasizza l-bżonn li Għawdex ikun indipendenti fejn tidħol il-provista tal-ilma u turi b’mod konkret kemm hu bżonnjuż l-investimet ta’ €11-il miljun, li qed isir bħalissa biex timbena reverse osmosis f’Ħondoq ir-Rummien.
    L-istqarrija temmet tgħid li dan il-proġett wasal fi stadju avvanzat, fejn ir-restawr fuq il-bini se jitlesta sal-aħħar tas-sena biex imbgħad jitwaħħal il-makkinarju.
     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0