Il-Maltin li jsiefru jiżdiedu … u qed jonfqu aktar! Dawk li jsiefru f'pajjiż barra l-UE jiżdiedu b'25%

  • Nov 12, 2019 18:50
  • Miktub minn iNews
"

    Bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kienu 513,207 il-passiġġieri Maltin u Għawdxin li siefru, żieda ta' 6.2% fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

    Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru kif bejniethom dawn qattgħu madwar 3.3 miljun lejl li kien ifisser żieda ta' 2% u nefqu €446.1 miljun li kienet 7.6% aktar minn dak li ntefqu fl-2017.

    Fil-perjodu Lulju-Settembru 2019 dawk li siefru kienu jammontaw 208,206, żieda ta' 4.5% fuq l-istess perjodu tas-sena preċedenti.

    L-istatistika turi żiedat a' 1.8% f'dawk li siefru f'pajjiżi tal-UE u ta' 25.4% f'dawk li siefru f'post barra l-UE.

    L-Italja u r-Renju Unit baqgħu l-iktar żewġ pajjiżi popolari b'45.1% tal-Maltin u l-Għawdxin li siefru għażlu wieħed minnhom.

    Bejniethom il-Maltin u l-Għawdxin qattgħu madwar 1.5 miljun lejl li kien ifisser żieda ta' 1.6% fuq is-sena 2018 b'63.2% jagħżlu li joqgħodu fi stabbilimenti mikrija.

    In-nefqa fl-imsemmija tliet xhur żdiedet b'4.3% u laħqet l-€201.5 miljun li kienet tfisser medja ta' €968 kull safra.

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0