[FILMAT] €150 għal kull individwu li jadotta kelb jew qattus

  • Nov 12, 2019 17:49
  • Miktub minn iNews
"

    Noel Montebello: Ninċentivaw in-nies u nżiedu l-kwalità tal-ħajja tal-annimali

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar skema ġdida fejn kull individwu li jadotta annimal se jingħata €150, għotja li tingħata sa massimu żewġ individwi fl-istess residenza.

    Is-Segretarju Parlamentari spjega li l-NGOs li għandhom is-santwarji tal-annimali diġà qegħdin jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja u din l-iskema tkompli tibni fuqha. Huwa qal, “nenfasizzaw l-importanza li minflok il-familji u individwi jmorru għax-xiri tal-annimali, dawn jaddottaw. Din l-iskema għandha parametri ċari biex jiġi assigurat li ma jkun hemm l-ebda tip ta’ abbuż. Se jkun hemm ukoll kontrolli sa sitt xhur wara li l-annimali jiġi adottat fejn jiġi assigurat li l-annimali jkun miżmum tajjeb u jkollu t-trattament xieraq.”

    Id-Direttur tal-Annimal Welfare, Noel Montebello, qal li jafu ħafna nies li jixtru mingħand terzi persuni u dan jista’ joħloq ċertu tip ta’ abbuż u proprju din l-iskema tinċentiva lin-nies biex jaddottaw kelb jew qattus li jinsabu fis-santwarji. Fl-istess ħin, Montebello spjega li se jkun hemm ċertu tip ta’ diliġenza għax l-annimali kollha li ħerġin se jkunu microchipped u neutered.

    Montebello spjega li min huwa interessat jista’ jmur għand is-santwarji fejn, wara li jagħżel kelb jew qattus, ituh formula u din tidħol fis-sistema. Din is-sistema diġitali wara sitt xhur turi l-lista ta’ dawk il-persuni li adottaw u jekk mill-kontrolli jirriżulta li l-annimali jkun miżmum sew, il-fondi joħorġu wara sitt xhur. F’każ li l-annimali ma jkunx neutered jew ma jkunx qiegħed jirċievi t-trattament xieraq, l-individwu ma jingħatax il-fondi.

    Montebello qal, “il-kwalità tal-ħajja tal-annimali se togħla ħafna għar-raġuni li ħafna drabi dawn l-annimali jinstabu barra, morda jew imtajrin. Aħna bħala Animal Welfare għandna servizz 24/7. Fil-fatt niġbru mal-2000 pazjent fis-sena, niħduhom l-isptar u jieħdu l-kura neċessarja. Bħala Animal Welfare niltaqgħu ma’ ħafna każijiet fejn jidħlu qtates dehydrated, imtajrin jew li jkollhom bżonn intervent l-isptar. Għandna sptar state of the art li jieħdu l-każ mill-ewwel f’idejhom u mbagħad jiġu għandna biex jiġu rehomed.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0