Introduzzjoni ta’ defibrillatur fir-Rabat, Għawdex

  • Nov 12, 2019 16:00
  • Miktub minn iNews
"

    In-nies li jżuru, jaħdmu jew li jgħaddu minn waħda mit-toroq ewlenin fir-Rabat Għawdex, issa jistgħu jagħmlu użu minn Automatic External Defibrillator (AED) li ġie installat barra l-bini ta’ Distinct Homes Limited - waħda mill-kumpaniji rinomati tal-għamara f’Għawdex. 

    Il-kumpanija xtrat u installat dan it-tagħmir barra l-bini tal-istabbiliment prinċipali tagħha fi Triq il-Papa Ġwanni Pawlu II fir-Rabat bħala parti mir-responsabbiltà soċjali u korporattiva tagħha, u tipprovdi tagħmir kruċjali li jista’ jsalva l-ħajja u jinsab disponibbli għall-komunità fil-qrib jekk ikun hemm bżonn. L-inizjattiva hi appoġġata mill-NGO Għawdxija Friends of the Sick and the Elderly in Gozo (FSEG).

    It-tieni AED se jiġi installat barra l-bini tal-istabbiliment tal-istess kumpanija fi Triq l-Imdina f’Ħ’Attard. Il-kumpanija se torganizza sessjonijiet ta’ dimostrazzjoni ta’ kif jaħdem it-tagħmir li se jkun disponibbli mingħajr ħlas għall-pubbliku ġenerali. Aktar informazzjoni se tiġi ppubblikata fiż-żmien qarib.

    Fl-ewwel minuti wara attakk tal-qalb, l-AED jista’ jagħmel id-differenza bejn il-ħajja u l-mewt. Hu meqjus bħala għodda essenzjali li jipprovdi gwida ċara u li jista’ jintuża minn persuni barra mill-qasam mediku.

    It-tagħmir ġie inawgurat mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana waqt li żaret din il-kumpanija.  

    Il-Ministru Justyne Caruana faħħret din l-inizjattiva u saħqet dwar l-importanza li għandna nagħtu lil inizjattivi bħal dawn li jsiru biex jintużaw mill-pubbliku ġenerali f’każ ta’ bżonn. Faħħret l-impenn tal-kumpanija li estendiet l-impenn soċjali-korporattiv tagħha lill-pubbliku. Qalet li l-Ministeru għal Għawdex jappoġġa bis-sħiħ inizjattivi bħal dawn għax jaqblu ħafna ma’ inizjattivi li diġà ħa l-ministeru biex ikollna AEDs f’postijiet pubbliċi u hu pożittiv immens li l-ewwel inizjattiva min-naħa tas-settur privat qed issir minn kumpanija Għawdxija. Il-Ministru Caruana kkonkludiet billi ħeġġet biex aktar stabbilimenti jieħdu din l-inizjattiva u jħarrġu lill-impjegati tagħhom biex jitgħallmu jużawha f’każ ta’ persuna jew ta’ persuni li jkollhom bżonn l-AED.

    Dr John B. Pace f’isem l-FSEG, qal li l-protezzjoni tal-ħajja hi l-aktar mod importanti li biha organizzazzjoni tista’ tgħin lill-morda u lill-anzjani u l-AEDs huma strumentali anke f’idejn persuni li ġejjin minn qasam mhux mediku. Fil-mixja tagħha għall-protezzjoni u għall-benesseri tal-morda u tal-anzjani f’Għawdex, l-FSEG tilqa’ u tappoġġa tali inizjattivi ta’ kura fil-komunità u tħeġġeġ negozji oħra f’Għawdex biex jagħmlu sforzi simili għall-benefiċċju tal-popolazzjoni inġenerali. L-FSEG ilha tipprovdi diversi servizzi fuq bażi volontarja għal aktar minn 30 sena, inkluż tagħmir fuq self bħal sodod mekkanizzati u għodod oħra biex ittejjeb il-kura u l-kumdità tal-morda u tal-anzjani fid-djar privati tagħhom. 

    Il-kumpanija msemmija hi mmexxija minn familja li timpjega 29 membru u timporta direttament il-biċċa l-kbira tal-prodotti tagħha minn tal-inqas ħames pajjiżi u toffri bejgħ ta’ għamara u ta’ appliances. Il-kumpanija ġiet stabbilita fl-1988 u llum qed titmexxa mit-tieni ġenerazzjoni. Fl-2015 fetħet it-tieni showroom f’Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0