Klieb tal-Pulizija fundamentali biex tinstab droga f'restorant

  • Nov 12, 2019 15:11
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 54 sena minn Ħaż-Żabbar li jmexxi restorant f'Wied il-Għajn kien mixli li fl-imsemmi stabbiliment kellu tliet tipi ta' droga. 

    Patrick Pullicino wieġeb mhux ħati li kellu fil-pussess tiegħu l-kokaina, il-kannabis u l-ecstasy.

    Huwn kien mixli wkoll li wettaq dawn ir-reati f'distanza ta' 100 metru minn fejn jiltagħu ż-żgħażagħ, b'ħasil ta' flus u li naqas li jissottometti l-formoli tat-taxxa fuq id-dħul għall-perjodu 2015-2018.

    Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella rriżulta li l-pulizija mill-Iskwadra Kontra d-Droga wettqu rejd fir-restorant u wara li sabu ftit fil-bar sabu iktar droga wara s-sink grazzi wkoll għall-klieb li kellhom magħhom.

    B'kollox instabu madwar 47 gramma kokaina u 32 gramma kannabis waqt li minn tfittxija f'dar Pullicino nstabu €235,000 fi flus kontanti li għajr għal €28,000 kienu miżmumin f'safe.

    Fl-awla kien allegat ukoll li waqt li l-pulizija kienu qed jagħmlu r-rejd fir-restorant marru jħabbtu żewġ persuni biex jixtru d-droga.

    Pullicino ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €5,000, garanzija personali ta' €20,000 u bil-kundizzjoni li jiffirma f'għassa kuljum waqt li kellu l-assi iffriżati.

    Il-prosekuzzjoni f'dan il-każ qed titmexxa mill-Ispetturi Justine Grech u Brian Paul Camilleri waqt li l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia qed jiddefendu lil Pullicino.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0