[AĠĠORNAT] Jinqatel wieħed mill-ogħla kmandanti tal-Jihad Iżlamiku … Il-Jihad Iżlamiku jirrispondi b'xita ta' rokits

  • Nov 12, 2019 09:05
  • Miktub minn iNews
"

    [AĠĠORNAT] Il-grupp militanti Palestinjan Jihad Iżlamiku qal li wieħed mill-mexxejja tiegħu nqatel mill-qawwiet Iżraeliti fil-Medda ta’ Gaza kmieni dalgħodu.

    Il-fergħa armata tal-grupp militanti kkonfermat il-qtil permezz ta’ stqarrija wara li Iżrael qal li kien wettaq operazzjoni fil-konfront ta’ Bahaa Abu el-Atta, ta’ 42 sena.

    Il-Jihad Iżlamiku qal li l-kmandant kien qed iwettaq “att erojku” fil-mument meta nqatel, u l-grupp ħalef li jagħmel vendetta għall-qtil tiegħu.

    Il-grupp militanti kkonferma wkoll li mart el-Atta wkoll inqatlet fl-operazzjoni. Il-Jihad Iżlamiku huwa grupp militanti li jgawdi mill-appoġġ tal-Iran u kemm-il darba jwettaq attakki b’mod indipendenti mill-Hamas, li huwa l-akbar grupp militanti li jikkontrolla lil Gaza.

    Il-Ministeru għas-Saħħa ta’ Gaza intant ukoll ikkonferma li raġel u mara nqatlu f’attakk mill-ajru li twettaq f’Shejaiya, b’żewġ persuni oħrajn ukoll jisfaw midrubin.

    Intant minuti wara li l-Jihad Iżlamiku kkonferma li Abu al-Atta nqatel f’attakk mill-ajru Iżraelit, numru kbir ta’ rokits ġew sparati minn Gaza fid-direzzjoni ta’ Iżrael. Sireni li jwissu kontra attakki mill-ajru baqgħu jinstemgħu tul is-sigħat ta’ dalgħodu fid-distretti ta’ Holon, u Rishon LeZion, żewġ subborgi ta’ Tel Aviv.

    Kelliemi għall-qawwiet Iżraeliti qal li b’kollox ġew sparati mal-50 rokit minn Gaza, b’madwar 20 minnhom jiġu interċettati mis-sistema ta’ difiża Iżraelita magħrufa bħala l-‘Iron Dome’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0