“Il-liġi tal-ugwaljanza mhix anti-kostituzzjonali” - Zammit Lewis

  • Nov 11, 2019 20:08
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Edward Zammit Lewis ċaħad fil-Parlament li l-liġi l-ġdida dwar l-ugwaljanza hija anti-kostituzzjonali kif allega d-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.

    Zammit Lewis beda biex ikkritika lill-Kap tal-Oppożizzjoni talli fid-diskussjon dwar din il-liġi għażel li jibqa' jitkellem dwar id-deċiżjoni ta' Keith Schembri li jirtira l-libell li għamel lil Simon Busuttil.

    Waqt li fakkar kif fl-2017 l-istess Delia kien waqqa' kawża u fil-Parlament ma għamilx dikjarazzjoni dwar dan, Zammit Lewis sostna li l-Kap tal-PN ma ħariġx b'suġġeriment wieħed dwar din il-liġi u dan juri li mhux veru li jinteressah mill-qasam tal-ugwaljanza.

    Huwa qal li hija ironika kif l-istess maġistrat li l-għaqda Repubblika trid tneħħih ma' ġudikanti oħra u hemm deputati tal-PN li jaqblu magħha issa qed jiġi mfaħħar u kważi meqjus eroj talli ħa deċiżjoni kontra Schembri.

    Zammit Lewis sostna li l-liġi l-ġdida dwar l-ugwaljanza hija waħda ambizzjuża u permezz tagħha jrid li l-vittmi ta' diskriminazzjoni jieħdu dak li ħaqqhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0