Pustier mixli li kellu d-droga ħdejn diskoteka

  • Nov 11, 2019 19:24
  • Miktub minn iNews
"

    Ħamruniż ta' 24 sena li jaħdem bħala pustier baqa' miżmum taħt arrest wara li kien mixli li kellu d-droga ħdejn id-diskoteka Liquid Club ta' San Ġwann u anke fid-dar.

    Adrian Zammit kien arrestat fl-10 ta' Novembru li għadda wara li nqabad bid-droga u quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea kien mixli bil-pussess tal-ecstasy, kokaina u kannabis kemm f'ammonti li jindikaw li ma kienux għall-użu esklussiv tiegħu kif ukoll ħdejn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.

    Huwa wieġeb li ma kienx ħati ta' dawn l-akkużi miġjuba kontrih mill-Ispettur Justine Grech madankollu l-avukati tiegħu, Franco Debono u Amadeus Cachia, ma talbux għall-ħelsien mill-arrest għalkemm talbu biex jinħareġ ordni ta' trattament biex jgħinu jiffaċċja l-vizzju tad-droga.

    Il-Maġistrat Galea laqgħet it-talba u minbarra li ordnat li jinħareġ l-istess ordni ta' trattament laqgħet ukoll it-talba tal-prosekuzzjoni biex jiġu iffriżati l-assi tiegħu għajr għal €13,000 fis-sena biex ikollu biex jgħix.

    Il-prosekuzzjoni qed issostni li f'dan il-każ Zammit kellu madwar 45 pillola ecstasy u 30 pakkett kokaina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0