Muscat jgħid li Schembri qed iwieġeb fl-inkjesta

  • Nov 11, 2019 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddefenda d-deċiżjoni li ħa ċ-Chief-of-Staff tiegħu Keith Schembri li jwieġeb fl-inkjesta u mhux fl-awla tal-Qorti tal-Maġistrati. 

    Wara li t-Tnejn filgħodu Schembri ddeċieda li jirtira l-kawża ta' libell li fetaħ fil-konfront tal-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil il-każ tqajjem fil-Parlament bil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jistaqsi lill-Prim Ministru kienx se jagħti stqarrija ministerjali dwar dan.

    Delia rrimarka li Schembri kellu kull opportunità li jgħid il-verità u staqsa lil Muscat jekk hux aċċettabbli għalih li jibqa' jżomm liċ-Chief-of-Staff tiegħu.

    Waqt li għamililu ċara li ma kienx se jagħti stqarrijiet ministerjali dwar il-każ-Schembri, Muscat fakkar lil Delia kif meta kien implikat dwar każ ma marx il-Qorti u anke rtira kawżi li kellu.

    Huwa insista li Schembri bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jirtira l-libell fuq parir legali li ngħata mill-avukati tiegħu li kien ibbażat ukoll fuq deċiżjoni tal-Qorti Superjuri.

    Muscat saħaq li ladarba Schembri qed iwieġeb mistoqsijiet f'inkjesta ma kellux jagħti tweġibiet fil-miftuħ u żied li huwa dejjem irrispetta d-deċiżjonijiet tal-Qorti u l-istituzzjonijiet.

    Mingħajr ma semma b'ismu lill-maġistrat li quddiema Schembri rtira l-libell qal li l-ewwel kien hemm min fl-Oppożizzjoni qal li huwa “ingarżat” mal-Gvern u issa kien hemm min qed jgħid li għandu fiduċja fih.

    Fl-istess waqt il-Prim Ministru akkuża lill-Oppożizzjoni b'nuqqas ta' 'level headedness' u konsistenza.

    Minkejja li wara dan il-kumment il-Parlament kompla jiddiskuti l-liġi dwar l-ugwaljanza, il-Kap tal-PN baqa' jitkellem fuq dan il-każ fejn sostna li Muscat ta eżempju ta' kif ma tkunx l-ugwaljanza.

    Huwa sostna li hemm differenza bejn ir-responsabbilta kriminali u dik politika u saħaq li jekk hawn politiku li jħoss li m'għandux jitkellem għax jista' jinkrimina ruħu mela m'għandux jibqa' fil-politika.

    Delia akkuża lil Muscat li xeħet it-tajn fuqu u sostna li huwa qatt ma ntalab jitla' il-Qorti biex jixhed u ma marx waqt li sostna li lest jitla' jixhed jekk ikun investigat.

    Il-Kap tal-PN saħaq li din l-istorja mhux se tieqaf hawn u waqt li semma li l-ġustizzja għandha idea twal staqsa jekk hux Muscat jew Schembri li qed jikkmanda l-pajjiż kif ukoll jekk kull ministru jaqbilx mal-mod kif il-Prim Ministru qed jiddefendi liċ-Chief-of-Staff tiegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0