Rick Hunkin maħtur bħala Kap Eżekuttiv tal-BOV

  • Nov 11, 2019 16:04
  • Miktub minn iNews
"

    Bank of Valletta p.l.c (BOV) ħatar lil Rick David Huntin bħala l-Kap Eżekuttiv tal-BOV b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020. Hunkin se jkun ukoll membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank bħala Direttur Eżekuttiv. Il-ħatra tiegħu hija soġġetta għal approvazzjoni regolatorja.

    Hunkin għandu esperjenza wiesgħa f’diversi oqsma fis-settur bankarju internazzjonali fejn ħadem ma’ banek ewlenin fir-Renju Unit u pajjiżi oħra f’dawn l-aħħar 40 sena. Huwa għandu ukoll esperjenza fis-servizzi bankarji, ipoteki u tfaddil, ġestjoni tar-riskju, programmi ta’ tibdil u rinnovazzjoni kif ukoll fuq l-infrastruttura ta’ governanza korporattiva. 

    Hunkin okkupa wkoll pożizzjonijiet għola ta’ maniġment f’GE Money, Northern Rock, Tesco Bank, Willians & Glyn (Royal Bank of Scotland) u Provident Financial.

    Hunkin, l-ewwel Kap Eżekuttiv tal-BOV maħtur minn barra l-Bank, se jkun is-suċċessur ta’ Mario Mallia meta dan jirtira mill-Bank fil-31 ta’ Diċembru 2-10.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0