[AĠĠORNATA] Ilmijiet kbar joħolqu diffikultajiet f'xi lokalitajiet

  • Nov 11, 2019 13:42
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar sigħat komplew jiċċirkolaw ritratti u filmati tas-sitwazzjoni f'postijiet bħalma huma Birżebbuġa u Marsaskala fejn it-toroq spiċċaw mgħarrqa kawża tal-ilmijiet. 

    Residenti ddeskrivew is-sitwazzjoni bħala "tal-biża'" u qalu li l-livell tal-baħar għola biex spiċċa ħoloq diffikultà kbira lil dawk li riedu jgħaddu minn toroq partikolari.

    Intant f'filmati li nxterdu fuq il-midja jidhru sewwieqa jaqsmu fuq il-karreġjata opposta biex jevitaw livelli għolja ta' ilmijiet.

    Qabel: Diversi siti qegħdin iwissu dwar irjieħ qawwija b'mod speċjali bejn 9:00 a.m sa 6:00 p.m tat-Tnejn u minn 3:00 a.m ta' għada sas-6:00 p.m tal-Erbgħa.

    Il-buffuri l-aktar qawwijin se jonfħu fuq il-Gżejjer Maltin għada tard waranofsinhar. Dawn jistgħu jilħqu Forza 10 kultant. Ir-riħ se jonqos għal Forza 5/6 sa kmieni filgħaxija tal-Erbgħa, u jibqa' hekk għall-bqija ta’ din il-ġimgħa.

    Il-baħar mistenni wkoll juri snienu b'mewġ li jogħla sa 8 metri. Infatti waħda mit-twissijiet li qiegħda tiċċirkola hija dik indirizzata lil dawk li kien beħsiebhom iżuru d-Dwejra minħabba periklu li jistgħu jiġu esposti għalih minħabba l-imsemmija twissijiet.

    Fi stqarrija maħruġa mill-Virtu Ferries avżat lill-klijenti tagħha li għada il-cruise liner SAINT JOHN PAUL II se jkun qiegħed jikkanċella l-vjaġġ tiegħu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0