[FILMAT] Servizz ġdid tal-“Home Help” għall-anzjani fil-komunità

  • Nov 11, 2019 13:10
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Anthony Agius Decelis, ħabbar servizz ġdid tal-‘Home Help’ għall-anzjani b’investiment totali ta’ €2 miljun fis-sena. Dan is-servizz se jgħolli l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani fejn se jingħataw ukoll l-opportunità li huma stess jagħżlu l-helper li jiġi fir-residenzi tagħhom.

    Din ir-riforma kbira fis-servizz se tibda mill-1 ta’ Jannar li ġej bil-għan li jiġu moqdija l-anzjani kollha li hemm fil-lista ta’ stennija minħabba nuqqas ta’ helpers, jistgħu jagħżlu li jingħataw €5.50 għal kull siegħa li tiġi approvata mill-bord indipendenti tal-“Home Help”.  F’dan il-każ ma titħallasx il-miżata ta’ €2.33 fil-ġimgħa.  Is-sigħat approvati se jibqgħu jiġu approvati mill-bord indipendenti tal-Home Hel.

    L-Onorevoli Agius Decelis qal li din hija wegħda oħra elettorali mwettqa u li dan il-Gvern qed jibqa’ jaħdem biex bil-provi jgħolli l-livell ta’ kura u ħarsien għall-anzjani kemm dawk fid-djar residenzjali iżda wkoll fil-komunità.

    L-assessjar għal dan is-servizz se jibda jsir fi żmien qasir bil-għan li l-anzjani jingħataw l-għajnuna malajr. Min irid iktar informazzjoni jew japplika għas-servizz tal-Home Help jista’ jċempel fuq 22788800.  

    Filmat: Alan Saliba

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0