[AĠĠORNATA] “Schembri għandu jirreżenja” - Simon Busuttil

  • Nov 11, 2019 10:24
  • Miktub minn iNews
"

    11:30 a.m: F'kummenti li ta lill-ġurnalisti, Simon Busuttil qal li Schembri ma baqagħlu ebda għażla oħra ħlief li jirriżenja u qed jistenna riżenja immedjata. Huwa qal ukoll li Joseph Muscat għandu jerfa' għandu responsabbiltà politika.

    Semma kif Schembri għamel erba' tentattivi biex ma jweġibx il-mistoqsijiet li sarulu minkejja li l-Maġistrat qallu biex jagħmel dan u fakkar ukoll li Schembri seta' jiġi arrestat li kieku baqa' ma jweġibx. 

    11:00 a.m: Wara li l-Maġistrat talab lil Keith Schembri jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Avukat Jason Azzopardi, l-istess Schembri qal li għandu parir legali biex ma jweġibx mistoqsijiet li dwarhom hi suġġetta l-inkjesta maġisterjali.

    L-Avukati ta' Schembri talbu biex jikkonsultaw mal-klijent u wara li l-Maġistrat baqa' jinsisti li kellu jwieġeb, iddeċidew li jirtiraw il-libell. 

    10:00 a.m: Il-Maġistrat Victor Axiaq iddeċieda li jkompli bis-smigħ tax-xhieda fil-kawża ta’ libell li ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri fetaħ kontra l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li dan tal-aħħar kien akkużah li rċieva tixħim fl-2016 permezz tal-kumpanija 17 Black f’Dubaj.

    Fil-bidu tas-seduta tal-lum, il-Maġistrat Axiaq informa liż-żewġ naħat li huwa kien ġie avviċinat minn persuna biex jastjeni milli jkompli jisma’ l-kawża. Dwar dan, il-Maġistrat Axiaq irrileva li qabel l-2010 huwa kien ta servizzi bħala Avukat kemm lil Schembri kif ukoll lill-kumpanija tiegħu Kasco Ltd. Kompla jgħid li huwa għamel rapport lill-President tar-Repubblika fejn spjega dan kollu.

    Pero’, il-Maġistrat Axiaq qal li s-servizzi legali li kien ta lil Kasco Ltd u d-ditta tal-accountants ingħataw qabel l-2010 u ma kienu jikkonċernaw bl-ebda mod is-suġġett ta’ dan il-każ. Fid-dawl ta’ dawn ir-raġunijiet, u d-dikjarazzjonijiet li ngħataw mill-Prim Imħallef dwar dawn il-kwistjonijiet, ċaħad it-talba biex jieqaf jisma l-każ u ordna t-tkomplija immedjata tiegħu.

    Keith Schembri mistenni li jixhed wara li l-Qorti ċaħditlu t-talba biex ikun eżentat milli jixhed għal raġunijiet mogħtija minnu.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0