Rapport jikkritika “l-viżibbilta fqira” tat-torri tal-kontroll fl-ajruport ta' Malta

  • Nov 11, 2019 09:59
  • Miktub minn iNews
"

    L-Uffiċju Malti għall-Investigazzjoni fuq Inċidenti tal-Ajru (BAAI) appella biex ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, jiġu installati tagħmir ġdid, fosthom 'ground radar', cameras normali kif ukoll dawk tal-infrared, "biex jassistu l-ħaddiema li jaħdmu ġewwa t-torri tal-kontroll."

    Il-BAAI elenkat dan fir-rapport li hija ppreżentat lill-Ministeru tat-Turiżmu, relatat mal-inċident li seħħ fis-17 ta' Jannar li għadda. Dakinhar, żewġ ajruplani tal-mudell Boeing 737-800, wieħed operat mill-kumpanija Ryanair, u l-ieħor minn Turkish Airlines, sofrew ħsara minima hekk kif laqtu lil xulxin meta t-tnejn kienu fuq it-tarmac.

    Filwaqt li l-ajruplan tar-Ryan Air sofra ħsarat fuq il-ġewnaħ prinċipali tax-xellug (left winglet), dak tat-Turkish Airlines intlaqat fuq il-ġenwaħ ta' wara fuq in-naħa tax-xellug (left horizontal stablizer). Ħadd ma weġġa f'dan l-inċident.

    Fir-rapport tagħha, il-BAAI ddeterminat li l-kawża probabbli tal-inċident kien il-fatt li l-ajruplan tat-Turkish Airlines kien 22 metru l-bogħod minn fejn huwa kien mistoqsi jieqaf mit-torri tal-kontroll, waqt li l-ajruplan l-ieħor mexa fid-direzzjoni kif kien mitlub mill-istess kontroll tal-ajru. Il-ħtija ta' dan l-inċident, skont l-istess BAAI, kienu tal-piloti taż-żewġ ajruplani: "Hemm bżonn jiġi emfasizzat li hija r-risponsabbilita tal-piloti li jassigura s-sigurta tal-ajruplan tiegħu, u li ordni mingħand l-kontroll tal-ajru għandha tiġi segwita biss jekk huwa sigur biex jagħmel dan."

    Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-BAAI saaħq li t-torri tal-kontroll kien qiegħed jopera madwar żewġ kilometri l-bogħod minn fejn seħħ l-inċident. "Matul l-investigazzjoni, rriżulta li l-persunnel fi ħdan it-torri tal-kontrol għandu viżibbilita limitata tal-post fejn seħħ l-inċident. Il-problema tkompli tiggrava meta jkun bil-lejl, jew inkella meta l-kundizzjonijiet ta' viżibbilita ma jkunx l-aqwa."

    Il-BAAI appellat ukoll biex l-manifattur tal-ajruplan, il-kumpanija Boeing, tikkunsidra titfa l-bozoz tan-navigazzjoni fuq il-parti ta' fuq tal-ġwienaħ tal-ajruplani. "Din hija referenza ovja għall-piloti meta jimmanuvraw l-ajruplan tagħhom bil-lejl, jew inkella meta hemm problemi tad-dawl."

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0