Hong Kong kien ikkaratterizzat għal darb’oħra minn dimostrazzjonijiet vjolenti hekk kif numru kbir ta’ dimostranti niżlu fit-toroq tal-belt u vvandalizzaw stazzjon tas-subway u ċentru kummerċjali.
Il-midja lokali qed tirrapporta li diversi persuni sfaw arrestati, bil-pulizija tagħmel użu minn gass tad-dmugħ wara li nqala’ ġlied bejn dimostranti u pulizija preżenti.
Intant matul il-jum tal-bieraħ komplew il-vġili biex ifakkru l-mewt ta’ Chow Tsz-lok, l-istudent ta’ 22 sena, li miet nhar il-Ġimgħa li għadda, erbat ijiem wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’parkeġġ.
Chow huwa maħsub li kien l-ewwel persuna li miet kaġun tal-ġrieħi li sofra fid-dimostrazzjonijiet li ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar ħames xhur.
Intant id-dimostranti qed jitolbu għal strajk ġenerali matul il-jum ta’ għada bit-tama li jipparalizzaw lill-kapitali finanzjarja bħalma kienu għamlu fil-5 ta’ Awwissu li għadda. Dakinar id-dimostranti kienu anke għalqu partijiet mill-ajruport, b’aktar minn 200 titjira tiġi affettwata.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.