Il-President Bolivjan Evo Morales qal li se jkun qed isejjaħ elezzjonijiet ġodda wara li l-Organizzazzjoni għall-Istati Amerikani (OAS) qalet li l-vot li ttieħed ix-xahar li għadda għandu jkun annullat minħabba irregolaritajiet.
F’konferenza tal-aħbarijiet illum, Morales qal li se jkun jibdel il-membri tal-bord elettorali li sfaw fil-mira ta’ kritika ħarxa wara l-allegat involviment tagħhom ta’ frodi elettorali b’rabta mal-vot elettorali tal-20 ta’ Ottubru li għadda.
“Fis-sigħat li ġejjin, bi qbil mal-forzi politiċi kollha, se jkunu qed nistabbilixxu dan,” huwa saħaq.
Il-kummenti ta’ Morales waslu ftit wara li l-OAS, f’rapport preliminari, qalet li ma tistax tivverifika r-riżultat wara manipulazzjoni ċari li kien hemm.
L-OAS żiedet tgħid li aktarx li Morales ma kisibx il-maġġoranza ta’ 10% fil-voti miksubin biex jirbaħ l-ewwel rawnd tal-elezzjoni, u rrakkomandat li l-Bolivja tagħmel użu minn awtoritajiet elettorali ġodda f’elezzjoni ġdida.
Morales kien imħabbar bħala r-rebbieħ tal-elezzjoni ta’ Ottubu li għadda b’vantaġġ ta’ 10% fuq ir-rival ewlieni tiegħu, Carlos Mesa, biex b’hekk rebaħ il-Presidenza fl-ewwel rawnd. Madankollu waqfien ta’ kważi 24 siegħa fl-għadd tal-voti wassal għal akkużi ta’ frodi u protesti, strajks u roadblocks.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.