“Qatt m’aħna se ninsew il-kuraġġ wara t-tbissima unika tiegħek” … titħabbar il-mewt ta' Sammy Borg

  • Nov 10, 2019 13:58
  • Miktub minn iNews
"

    Tħabbret il-mewt ta’ Sammy Borg li tilef il-ġlieda tiegħu kontra l-marda tal-kanċer ilbieraħ filgħaxija. Borg kien intervistat minn dan is-sit ftit tax-xhur ilu fejn f’rakkont sħiħ kien spjegalna li hu kien qiegħed jgħix ġurnata b’ġurnata minkejja li t-tabib kien tah tliet xhur ħajja.
    Sammy jibqa’ mfakkar għat-tbissima unika tiegħu li sfortunatament kellha tinbidel f’waħda sfurzata lejn l-aħħar jiem ta’ ħajtu kawża tat-tbatija li kien jinsab għaddej minnha. 

    Kien qalilna li hu jgħix trankwill għax il-ħajja laqqgħetu ma’ ħafna nies differenti anke minħabba li x-xogħol dejjem kien jidħollu b’ruħu u b’ġismu. Sammy qatt ma beża’ jieħu deċiżjonijiet wara li jkun għamel sewwa l-kalkoli ta’ jekk b’dak il-pass kienx se jkun qiegħed jgħin lill-uliedu.

    Lejn tmiem l-intervista li kienet saritlu minn dan is-sit kien qalilna li hu ma kienx se joqgħod jibki xortih u spjegalna li meta tasal f’ċertu età tgħaddi minn esperjenza bħalma huma t-telfiet t’ommok u ta’ missierek li tifhem li “aħna fil-ħajja mislufin”. Huwa kien għamel appell liż-żgħażagħ kollha biex jittamaw fil-ħolm tagħhom u jaħdmu kemm jifilħu biex jirrealizzawh għax il-premju li jkun hemm wara jegħleb kull ostaklu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0